LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 5/05 p. 5
  • Skeda tal-Familja—L-Istudju tal-Familja

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Skeda tal-Familja—L-Istudju tal-Familja
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2005
  • Materjal Simili
  • Studjaw Regolarment il-Kelma t’Alla Bħala Familja
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1999
  • Kif il-Membri tal-Familja Jikkooperaw għal Sehem Sħiħ —Fl-Istudju tal-Bibbja
    Il-Ministeru tas-Saltna—1999
  • Nerfgħu r-Responsabbiltà taʼ li Nieħdu Ħsieb il-Familja
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1998
  • Kaxxa għall-Mistoqsija
    Il-Ministeru tas-Saltna—2003
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2005
km 5/05 p. 5

Skeda tal-​Familja​—L-​Istudju tal-​Familja

1 L-​akbar rigal li bħala ġenitur Kristjan tistaʼ taqsam maʼ wliedek huwa l-​imħabba tiegħek għal Ġeħova. Mod importanti kif dan jistaʼ jsir huwa “meta tkun f’darek” bil-​qiegħda għall-​istudju tal-​Bibbja mal-​familja kull ġimgħa. (Dt. 6:​5-7) Kemm jekk għandek ir-​raġel jew il-​mara fil-​verità, tgħix f’dar maqsuma reliġjożament, jew int ġenitur waħdek, int tistaʼ tgħin lil uliedek jersqu qrib tiegħek u taʼ Ġeħova billi żżomm studju tal-​familja b’mod regulari.

2 L-​Ewwel Pass: L-​ewwel ħaġa li hemm bżonn hija li tiġi stabbilita d-​drawwa li tistudjaw bħala familja. Jekk m’intix ċert meta għandu jsir l-​istudju, għala ma tiddiskutux dwar dan bħala familja? (Prov. 15:22) Jekk għandek tfal żgħar, forsi tippreferi taqsam l-​istudju f’diversi sezzjonijiet żgħar matul il-​ġimgħa. Ara x’inhu l-​aħjar għall-​familja tiegħek. Agħmel ħin speċifiku għall-​istudju fl-​iskeda tal-​familja tiegħek, u kun determinat li żżommu.

3 X’tistgħu tistudjaw? Xi wħud jippreparaw il-​lezzjoni li tkun se tiġi kunsidrata fl-​Istudju tal-​Ktieb tal-​Kongregazzjoni jew fl-​Istudju tat-​Torri taʼ l-​Għassa. Oħrajn jieħdu pjaċir b’materjal imfassal apposta għaż-​żgħażagħ. Missier li għandu tifel u tifla żgħar qal: “It-​tfal ikollhom sebaʼ mitt sena sakemm jasal dak il-​jum taʼ l-​istudju għax tgħidx kemm jieħdu gost meta nirreċtaw xeni mill-​Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-​Bibbja. Ir-​riżultat hu l-​iktar ħaġa importanti​—kemm effettwana u kemm fhimna sew il-​materjal​—u mhux kemm paragrafi għaddejna.”

4 Agħmel l-​Istudju Kull Ġimgħa: L-​istudju tal-​familja għandu jsir regolarment u għandu jkun xi ħaġa li l-​membri kollha tal-​familja jħarsu ’l quddiem għaliha. Tistgħu tkunu daqsxejn flessibbli dwar il-​ġurnata u l-​ħin minħabba xi sitwazzjonijiet li jistgħu jinqalgħu. Jistgħu jinqalgħu wkoll okkażjonijiet meta jkun hemm bżonn li jiġi diskuss suġġett differenti. Imma kwalunkwe aġġustament li jkun hemm bżonn m’għandux ifixkel l-​iskeda stabbilita taʼ l-​istudju tal-​familja. Tifla minn familja Kristjana tgħid: “Jekk il-​ħin taʼ l-​istudju tagħna jkollu jinbidel, missieri dejjem iwaħħal nota bil-​ħin il-​ġdid mal-​bieba tal-​friġġ, ħalli lkoll inkunu nafu meta jkun se jsir.” Kemm huma taʼ min ifaħħarhom dawn l-​isforzi biex jinżamm studju tal-​familja b’mod regulari! Hekk kif tkompli trabbi lil uliedek “fid-​dixxiplina u l-​gwida mentali taʼ Ġeħova,” int se tkun qed turi l-​imħabba tiegħek kemm għalihom kif ukoll għal Missierna tas-​sema.​—Efes. 6:4.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja