Kaxxa għall-Mistoqsija
◼ L-istudju tal-Bibbja bħala familja għandu jitniżżel fir-rapport li jingħata lill-kongregazzjoni?
Jekk ġenitur Kristjan jikkonduċi studju tal-Bibbja mal-familja u jkun hemm tfal mhux mgħammdin, il-ġenitur jistaʼ jirrapporta mhux iktar minn siegħa fil-ġimgħa, żjara lura waħda fil-ġimgħa, u studju tal-Bibbja fid-dar wieħed kull xahar. Dan japplika wkoll anki jekk l-istudju jdum iktar minn siegħa, isir iktar minn darba fil-ġimgħa, jew isir mat-tfal wieħed wieħed.—Ara l-ktieb Our Ministry, pġ. 104.
Jekk il-membri kollha tal-familja huma Xhieda mgħammdin, allura la l-ħin u lanqas l-istudju nnifsu ma jistaʼ jiġi rapportat bħala servizz taʼ l-għalqa (sakemm ma jkunx hemm xi ħadd mit-tfal li għadu qed jistudja t-tieni ktieb wara l-magħmudija). Ir-raġuni hi li r-rapport tas-servizz taʼ l-għalqa tal-kongregazzjoni jirrifletti primarjament dak li qed isir biex nippridkaw l-aħbar tajba u ngħallmu l-verità Biblika lil uħud li m’humiex qaddejja dedikati u mgħammdin taʼ Jehovah. (Mt. 24:14; 28:19, 20) Madankollu, dan bl-ebda mod ma jnaqqas l-importanza li jsir studju bħal dan b’mod regulari.
Hija r-responsabbiltà tal-ġenituri Kristjani li jistudjaw maʼ wliedhom. Dawk li għandhom bżonn l-għajnuna biex jibdew jagħmlu l-istudju tagħhom tal-familja jew biex itejbuh jistgħu jistaqsu lill-anzjani għall-għajnuna. Jekk iċ-ċirkustanzi juru li jkun aħjar jekk pubblikatur ieħor jikkonduċi studju tal-Bibbja maʼ tifel jew tifla mhix mgħammda taʼ familja Kristjana li tassoċja mal-kongregazzjoni, għandu jittieħed il-parir taʼ lindokratur li jippresiedi jew lindokratur tas-servizz. Jekk studju bħal dan jiġi approvat, il-wieħed li jikkonduċih jistaʼ jniżżlu fir-rapport bl-istess mod li jniżżel kwalunkwe studju tal-Bibbja ieħor.
It-taħriġ tat-tfal fil-mogħdijiet taʼ Jehovah jinvolvi ħafna iktar ħin u sforz milli jidher fir-rapport tas-servizz taʼ l-għalqa. (Dt. 6:6-9; Prov. 22:6) Il-ġenituri Kristjani jistħoqqilhom tifħir talli jġorru r-responsabbiltà kbira li għandhom sabiex irabbu lil uliedhom “fid-dixxiplina u t-twiddib tal-Mulej.”—Efes. 6:4.