X’Nistgħu Ngħidu dwar ir-Rivisti
It-Torri taʼ l-Għassa 15 taʼ Sett.
“In-nies madwar id-dinja semgħu dwar Ġesù Kristu. Uħud jgħidu li kien biss bniedem li jispikka. Oħrajn iqimuh bħala l-Alla li Jistaʼ Kollox. Int min taħseb li kien Ġesù Kristu? [Agħti ċans għal tweġiba.] Din ir-rivista tispjega bl-eżatt min kien, minfejn ġie, u fejn jinsab issa.” Aqra Ġwanni 17:3.
It-Torri taʼ l-Għassa 1 t’Ott.
Aqra l-mistoqsija fuq il-qoxra. Imbagħad staqsi: “Taf għal liema sinjal qed jirreferi dan? [Agħti ċans għal tweġiba. Imbagħad aqra Mattew 24:3.] Din il-ħarġa tat-Torri taʼ l-Għassa tikkunsidra ħames elementi fundamentali tas-sinjal u tispjega għala għandna nirrikonoxxuh.” Uri l-kaxxa f’paġna 6.
Stenbaħ! Ott-Diċ
“Ħafna nies jgħixu kontinwament fil-biżaʼ. X’taħseb li jikkaġuna dan it-tip taʼ biżaʼ? [Agħti ċans għal tweġiba.] Din ir-rivista toffri suġġerimenti prattiċi dwar kif nistgħu nipproteġu lilna nfusna minn perikli komuni. Tiddiskuti wkoll il-wegħda tal-Bibbja għal dinja ħielsa mill-biżaʼ.” Aqra Isaija 11:9.