X’Nistgħu Ngħidu dwar ir-Rivisti
It-Torri taʼ l-Għassa 15 t’Ott.
“Ħafna nies iqisu l-edukazzjoni bħala li hi ċavetta biex ikollok suċċess fil-ħajja. Taħseb li hemm xi tip t’edukazzjoni li tistaʼ tgħinna nsiru persuni aħjar u li tgħinna nkampaw mal-problemi tal-ħajja? [Agħti ċans għal tweġiba. Imbagħad aqra Rumani 12:2.] Din ir-rivista tiddiskuti kif nistgħu nibbenefikaw mill-aqwa edukazzjoni li hawn.”
It-Torri taʼ l-Għassa 1 taʼ Nov.
“Ħafna nies huma inkwetati minħabba l-inġustizzja li hawn fid-dinja. Taħseb li hemm xi ħadd li jistaʼ verament ibiddel id-dinja? [Agħti ċans għal tweġiba.] Din ir-rivista tikkunsidra l-problemi li ma jħallux din il-bidla ssir. Turi wkoll min se jegħleb dawn il-problemi u kif se jġib dinja taʼ paċi u sigurtà veri.” Aqra Salm 72:12-14.