X’Nistgħu Ngħidu dwar ir-Rivisti
It-Torri taʼ l-Għassa 15 t’Ott.
“Ħafna nies iħossu li l-futur huwa tant inċert li aħjar ngħixu sempliċement għal-lum. X’taħseb? [Agħti ċans għal tweġiba.] Ġesù għamel dan il-kumment interessanti. [Aqra Mattew 6:34.] Din ir-rivista tispjega kif nistgħu nippjanaw għall-futur imma fl-istess ħin nevitaw li nkunu ansjużi żżejjed dwaru.”
It-Torri taʼ l-Għassa 1 taʼ Nov.
“Taħseb li d-dinja tkun post aħjar li kieku n-nies juru iktar umiltà? [Agħti ċans għal tweġiba.] Innota x’qal Ġesù dwar din il-kwalità. [Aqra Mattew 23:12.] Dan l-artiklu jiddiskuti l-valur taʼ li tikkultiva l-umiltà, saħansitra f’din id-dinja kompetittiva.”
Awake! Nov.
“Fil-passat, taʼ spiss in-nies kienu jduru lejn il-Bibbja għall-gwida. Imma issa ħafna nies jgħidu li għandhom dubji. Int kif tħossok dwar dan? [Agħti ċans għal tweġiba. Imbagħad aqra t-2 Timotju 3:16.] Din il-ħarġa speċjali taʼ l-Awake! tagħti evidenza konvinċenti li l-Bibbja hija ispirata minn Alla.”