X’Nistgħu Ngħidu dwar ir-Rivisti
It-Torri taʼ l-Għassa 15 t’Ott.
“X’taħseb li hemm bżonn biex tinħoloq dinja aħjar u iktar ferħana? [Agħti ċans għal tweġiba.] Il-bniedem ilu jipprova gvernijiet differenti wieħed wara l-ieħor biex jipprova jtejjeb l-affarijiet. Iżda innota l-ħarsa t’Alla dwar dan. [Aqra Ġeremija 10:23.] Dan l-artiklu jikxef ‘Iċ-Ċavetta għal Dinja Ferħana,’ billi juri kif din se tiġi dalwaqt.”
It-Torri taʼ l-Għassa 1 taʼ Nov.
Wara li ssemmi xi ħaġa mill-aħbarijiet li qed tħasseb lin-nies, staqsi: “In-nies għala jagħmlu affarijiet daqshekk mill-agħar? Ilkoll suppost nafu x’inhu tajjeb u x’inhu ħażin, iżda n-nies xorta jagħmlu l-ħażen. Għala? [Wara tweġiba, aqra Apokalissi 12:9.] Din ir-rivista tispjega kif nistgħu nipproteġu lilna nfusna billi nħarsu l-kuxjenza tagħna.”
Stenbaħ! 8 taʼ Nov.
“Taqbel miegħi meta ngħidlek li n-nies illum qishom qed jgħixu taħt iktar pressjoni minn qatt qabel? [Agħti ċans għal tweġiba.] Il-Bibbja dan ħabbritu bil-quddiem. [Aqra t-2 Timotju 3:1.] Ħafna nies tant jarawha diffiċli l-ħajja li jaqtgħu qalbhom. Din ir-rivista tagħti inkuraġġiment veru. Turik kif tiġġieled kontra d-disprament u kif il-ħajja tagħmilha taʼ min jgħixha.”