X’Nistgħu Ngħidu dwar ir-Rivisti
It-Torri taʼ l-Għassa 15 taʼ Jan.
“F’dawn l-aħħar snin żdied l-interess fl-anġli. Qatt ħsibt dwar min huma u kif jeffettwawlna ħajjitna? [Agħti ċans għal tweġiba. Imbagħad aqra Salm 34:8 (34:7, NW).] Din ir-rivista turi x’tgħid il-Bibbja dwar l-attivitajiet taʼ l-anġli—fil-passat, fil-preżent, u fil-futur.”
Stenbaħ! Jan.-Mar.
“Illum tistaʼ tgħid hawn pariri disponibbli fuq kważi kull suġġett. Taħseb li nistgħu verament nafdaw dawn il-pariri kollha? [Agħti ċans għal tweġiba. Imbagħad aqra t-2 Timotju 3:16.] Din il-ħarġa taʼ Stenbaħ! turi għaliex għandna nqisu l-Bibbja bħala s-sors taʼ min joqgħod fuqu t’għerf prattiku.” Uri l-artiklu li jinsab f’paġna 18.
It-Torri taʼ l-Għassa 1 taʼ Frar
“Kollha kemm aħna għandna bżonn il-flus biex ngħixu. Iżda taqbel li hemm bżonn noqogħdu għassa għall-periklu msemmi hawn? [Aqra l-1 Timotju 6:10, u agħti ċans għal tweġiba.] Din il-ħarġa tat-Torri taʼ l-Għassa tgħinna nidentifikaw xi ftit min-nases komuni taʼ l-għana materjali u tiddiskuti kif nistgħu nevitawhom.”