X’Nistgħu Ngħidu dwar ir-Rivisti
It-Torri taʼ l-Għassa 15 taʼ Jan.
“Fejn taħseb li l-koppji miżżewġin jistgħu jmorru għal parir taʼ min joqgħod fuqu? [Agħti ċans għal tweġiba.] Innota min oriġina ż-żwieġ. [Aqra Ġenesi 2:22.] Alla pprovda wkoll istruzzjonijiet dwar l-irwol dinjituż kemm tar-raġel kif ukoll tal-mara. Din ir-rivista tispjega dan.”
It-Torri taʼ l-Għassa 1 taʼ Frar
“Taħseb li l-komunità tagħna tkun post aħjar jekk kulħadd jgħix fi qbil maʼ dan il-kliem? [Aqra Efesin 4:25. Imbagħad agħti ċans għal tweġiba.] Ħafna nies jaħsbu li l-gideb huwa aċċettabbli f’ċerti sitwazzjonijiet. Din ir-rivista tispjega l-benefiċċji taʼ li wieħed dejjem jgħid il-verità.”