Il-Ktieb X’Tgħallem il-Bibbja?—L-Għajnuna Prinċipali Tagħna għal Studji tal-Bibbja
1 Kemm kien kommoventi meta rċivejna l-ktieb Il-Bibbja X’Tgħallem Verament? fil-Konvenzjoni Distrettwali “Ubbidjenza Lejn Alla”! Id-delegati ferħu meta rċivew kopja persunali tal-ktieb f’għeluq il-programm tas-Sibt. Din l-għodda l-ġdida biex ngħallmu kif nistgħu nużawha? Il-ktieb huwa disinjat biex ikun l-għajnuna prinċipali tagħna għall-istudji tal-Bibbja. Għalkemm il-ktieb il-ġdid se jkun offrut l-ewwel darba bħala l-offerta taʼ letteratura f’Marzu, il-pubblikaturi qed jiġu mħeġġin biex jibdew jużawh immedjatament biex jibdew u jikkonduċu l-istudji tal-Bibbja.
2 Studji tal-Bibbja Kurrenti: Il-pubblikaturi li qed jikkonduċu studji tal-Bibbja mill-ktieb Għarfien jew mill-browxer X’Jirrikjedi għandhom jużaw id-dixxerniment biex jiddeċiedu kif u meta se jibdew jużaw il-pubblikazzjoni l-ġdida matul l-istudju. Jekk studju jkun għadu kif inbeda tistaʼ sempliċement tibda mill-bidu tal-ktieb il-ġdid. Jekk int ilek xi ftit tistudja l-ktieb Għarfien forsi tistaʼ tkompli bl-istudju mill-ktieb X’Tgħallem il-Bibbja? fil-kapitlu li jaqbel maʼ dak li wasalt fih fl-Għarfien. Jekk int wasalt lejn l-aħħar tal-ktieb Għarfien tistaʼ tiddeċiedi li tlesti din il-pubblikazzjoni.
3 Bla ebda dubju lkoll kemm aħna nafu ħafna nies li jibbenefikaw jekk jistudjaw il-ktieb X’Tgħallem il-Bibbja? Għala ma toffrix lil kull persuna studju tal-Bibbja minn dan il-ktieb li jgħinna ngħallmu veritajiet Bibliċi b’mod progressiv? Per eżempju, dawk li studjaw il-browxer X’jirrikjedi jew il-ktieb Għarfien imma m’għamlux progress sal-punt tad-dedikazzjoni u l-magħmudija forsi jixtiequ jerġgħu jibdew l-istudju billi jużaw il-ktieb il-ġdid. Il-ġenituri jistgħu jiddeċiedu li jużaw il-pubblikazzjoni hekk kif jaqsmu l-għarfien eżatt dwar ir-rieda t’Alla maʼ wliedhom.—Kol. 1:9, 10.
4 Nistudjaw it-Tieni Ktieb: Hemm xi provvediment għall-istudent tal-Bibbja biex jistudja ktieb ieħor wara li jlesti l-ktieb Il-Bibbja X’Tgħallem Verament? Iva. Jekk jidher ċar li l-istudent qed jagħmel progress, avolja bil-mod, u qed juri apprezzament għal dak li qed jitgħallem, l-istudju tal-Bibbja jistaʼ jitkompla billi tuża l-ktieb Qim lill-Uniku Alla Veru. Aħna fiduċjużi li l-ktieb X’Tgħallem il-Bibbja? se jkun għodda qawwija f’idejna hekk kif inwettqu l-inkarigu biex nagħmlu dixxipli.—Mt. 28:19, 20.