Uża l-Ktieb Qim lil Alla biex Tikkonduċi Studji tal-Bibbja
Il-ktieb Qim lill-Uniku Alla Veru huwa magħmul biex jgħin lil uħud ġodda jagħmlu progress fil-verità u biex isaħħu l-apprezzament tagħhom lejn Jehovah u lejn l-organizzazzjoni tiegħu. Jistaʼ jintuża maʼ xi studenti tal-Bibbja bħala t-tieni ktieb għall-istudju. Il-Ministeru tas-Saltna taʼ Ġunju tas-sena 2000, paġna 4, tispjega: “Jekk tara li dak li jkun qed jagħmel progress, għalkemm bil-mod, u li qed jiżviluppa apprezzament għal dak li qed jitgħallem, kompli l-istudju tal-Bibbja bi ktieb ieħor wara li tlesti l-browxer X’Jirrikjedi u l-ktieb Għarfien. . . . Fi kwalunkwe każ, l-ewwel iridu jiġu studjati l-browxer X’Jirrikjedi u l-ktieb Għarfien. L-istudju tal-Bibbja, iż-żjajjar lura, u l-ħin li tqattaʼ biex tkompli l-istudju għandhom jingħaddu u jiġu rapportati, anki jekk l-istudent jilħaq jitgħammed qabel ma jitlesta t-tieni ktieb.”
Min jistaʼ wkoll jibbenefika minn studju tal-Bibbja bil-ktieb Qim lil Alla? L-istess artiklu jkompli: “Jekk taf lil xi wħud li fil-passat studjaw [il-browxer X’Jirrikjedi u] il-ktieb Għarfien, imma qatt m’għamlu progress għad-dedikazzjoni u l-magħmudija, int tistaʼ tieħu l-inizjattiva biex tara jekk jixtiqux li jerġgħu jaqbdu l-istudju tagħhom tal-Bibbja.” Ejjew nagħmlu sforz speċjali biex nibdew studji bil-ktieb Qim lil Alla maʼ wħud bħal dawn tul Marzu u April.