LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 4/06 p. 6
  • Tixtieq Iktar Studji tal-Bibbja?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Tixtieq Iktar Studji tal-Bibbja?
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2006
  • Materjal Simili
  • Kif Tgħin lil Student tal-Bibbja Jagħmel Progress u Jitgħammed—It-Tieni Parti
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2020
  • Intejbu l-abbiltajiet tagħna fil-ministeru—Ngħinu lil dawk li għandhom “attitudni xierqa” jsiru dixxipli
    Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2018
  • Ħames Modi Kif Issib Studju tal-Bibbja
    Il-Ministeru tas-Saltna—2012
  • Għin lill-Istudent tal-Bibbja Tiegħek Isir Dixxiplu Mgħammed
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2021
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2006
km 4/06 p. 6

Tixtieq Iktar Studji tal-​Bibbja?

Jekk int bħalissa qiegħed tikkonduċi xi studju tal-​Bibbja, għala ma tistaqsix lill-​istudent jekk għandux xi ħbieb, qraba, jew uħud oħra li jafhom u li kieku jieħdu pjaċir isiru jafu x’tgħallem il-​Bibbja? Spiss jissemmew xi ftit individwi. Bil-​kunsens taʼ l-​istudent, int tistaʼ ssemmi ismu meta żżur lil dawn l-​individwi biex toffrilhom studju tal-​Bibbja. Int tistaʼ tgħid, “[Isem l-​istudent] qed jieħu pjaċir jistudja l-​Bibbja, u ħaseb li int ukoll forsi tixtieq tibbenefika minn programm taʼ studju tal-​Bibbja li noffru bla ħlas.” Imbagħad, fil-​qosor uri kif tikkonduċi l-​istudju billi tuża l-​ktieb X’Tgħallem il-​Bibbja?

Jekk int għandek xi student li qed jagħmel progress ġmielu, ikun tajjeb li tinkuraġġih kif isir studju maʼ xi ħbieb u membri tal-​familja li forsi juru interess. Jistaʼ wkoll jistidinhom biex ikunu preżenti waqt l-​istudju tiegħu. Jekk dan ma jkunx konvenjenti, jistaʼ jirranġa biex int tkun tistaʼ tiltaqaʼ magħhom u turihom kif isir l-​arranġament taʼ l-​istudju. Meta tagħmel hekk se tkun qiegħed tinkuraġġixxi lill-​istudent biex jibda jaqsam l-​għarfien tal-​Bibbja tiegħu maʼ ħaddieħor.

Dawk li tkun qed tagħmlilhom żjajjar lura regolarment jistgħu wkoll jipprovdulek xi ismijiet t’oħrajn, anki jekk huma stess għadhom ma aċċettawx studju tal-​Bibbja regulari. Meta toffrilhom kopja tal-​ktieb X’Tgħallem il-​Bibbja?, tistaʼ sempliċement tistaqsi, “Taf lil xi ħaddieħor li jieħu pjaċir b’kopja taʼ din il-​pubblikazzjoni?”

Minħabba l-​urġenza taż-​żminijiet, aħna rridu nużaw kull mezz possibbli biex ngħinu lin-​nies jisimgħu u jaċċettaw l-​aħbar tajba. Qiegħed tistaqsi int għal ismijiet taʼ wħud li forsi jixtiequ studju tal-​Bibbja?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja