Vidjo li Hu taʼ Min Jaħseb Fuqu bis-Serjetà
“Dan il-vidjo vera jġagħlek taħseb!”
“Mill-ewwel laqatli qalbi!”
“Verament effettwani!”
1 Ħassejtek int bl-istess mod meta rajt għall-ewwel darba l-vidjo Young People Ask—How Can I Make Real Friends? (Iż-Żgħażagħ Jistaqsu—Kif Jistaʼ Jkolli Ħbieb Veri?) Xi ftit tas-snin ilu, ħu li kien għadu żagħżugħ kien għaddej minn żmien diffiċli f’ħajtu, kollu minħabba l-ħbieb li kien għażel. Huma wassluh biex jitlef l-interess fil-verità, u hu tilef ir-relazzjoni tiegħu maʼ Ġeħova. Imbagħad, ħareġ il-vidjo Real Friends (Ħbieb Veri). Hu kiteb: “Bkejt hekk kif rajt il-vidjo għal darba wara l-oħra. Irringrazzjajt lil Ġeħova għall-għajnuna li tani f’waqtha.” Il-vidjo qanqlu biex ibiddel ħajtu u jagħżel ħbieb tajbin. Hu żied: “Jidher ċar li intom attenti għal dak li qed jeffettwa liż-żgħażagħ.” Ġenituri u żgħażagħ, għala ma tarawx il-vidjo għal darba oħra fl-istudju tal-familja li jmiss? Waqqfuh wara kull parti, u ddiskutu flimkien sinċerament u bl-onestà l-mistoqsijiet li ġejjin fil-paragrafi li jmiss.
2 Introduzzjoni: X’inhu ħabib veru?—Prov. 18:24.
3 Ostakli għall-Ħbiberija: Kif tistaʼ tevita li tħossok imwarrab? (Flp. 2:4) Għala għandek tkun lest li ttejjeb il-personalità tiegħek, u min jistaʼ jgħinek tagħmel dan? X’se jiftaħlek l-opportunità biex tagħmel iktar ħbieb, u fejn tistaʼ ssibhom?—2 Kor. 6:13.
4 Ħbiberija m’Alla: Kif tistaʼ tiżviluppa ħbiberija iktar mill-qrib maʼ Ġeħova, u kull sforz biex tagħmel dan għala huwa siewi? (Salm 34:9 [34:8, New World Translation]) Min l-iktar jistaʼ jsaħħaħlek ir-relazzjoni tiegħek m’Alla?
5 Sħubija Ħażina: Is-sħubija maʼ min hija ħażina? (1 Kor. 15:33) Kif tistaʼ l-għażla ħażina taʼ ħbieb twassal lil dak li jkun għal rovina spiritwali? X’jgħallmek ir-rakkont Bibliku dwar Dina?—Ġen. 34:1, 2, 7, 19.
6 Drama taż-Żmien Modern: Iż-żagħżugħa Tara kif kienet effettwata mis-solitudni? Kif iġġustifikat ruħha talli kienet qed tissieħeb maż-żgħażagħ tad-dinja? Lejn liema perikli ressquha? Il-ġenituri tagħha għala naqsu milli jaraw f’liema periklu kienet tinsab, iżda b’liema attitudni għenuha tirkupra spiritwalment? Oħt pijuniera kif uriet li kienet ħabiba vera għal Tara? Il-Kristjani għala għandhom jagħtu kas dak li hemm fi Proverbji 13:20 u f’Ġeremija 17:9? Liema lezzjoni importanti tgħallmet Tara?
7 Konklużjoni: Liema lezzjonijiet tgħallimt minn dan il-vidjo? Kif tistaʼ tużah biex tgħin lil oħrajn?—Salm 71:17.