LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 4/02 p. 1
  • Reazzjoni Entużjastika!

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Reazzjoni Entużjastika!
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2002
  • Materjal Simili
  • Vidjo li Hu taʼ Min Jaħseb Fuqu bis-Serjetà
    Il-Ministeru tas-Saltna—2006
  • Young People Ask—How Can I Make Real Friends?
    Il-Ministeru tas-Saltna—2012
  • Int Tista’ Tkun Ħabib ta’ Ġeħova
    Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
  • Agħżel Ħbieb Tajbin
    Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2002
km 4/02 p. 1

Reazzjoni Entużjastika!

1 Il-​familji Kristjani maʼ kullimkien esprimew l-​apprezzament tagħhom b’entużjażmu għall-​vidjo Young People Ask—How Can I Make Real Friends? (Iż-Żgħażagħ Jistaqsu—Kif Jistaʼ Jkolli Ħbieb Veri?) Missier mill-​Istati Uniti qal li wara li raw il-​vidjo, uliedu s-​subien qagħdu bil-​qiegħda mingħajr ma lissnu kelma. Dan għaliex setgħu jifhmu x’jiġifieri li tgħaddi mill-​affarijiet kollha li ssemmew fil-​vidjo! Rapport mill-​Malawi jgħid li l-​aħwa żgħażagħ t’hemmhekk ukoll raw kemm jgħodd għalihom minħabba li huma jgħaddu mill-​istess pressjonijiet minn sħabhom taʼ l-​iskola. Missier mill-​Ġermanja qal dwar il-​vidjo: “Inħoss li hu t-​tweġiba għat-​talb tiegħi.” Waħda żagħżugħa qalet: “Grazzi talli fakkartuni li Jehovah tassew jieħu ħsiebi.” Anzjan minn New Zealand irrapporta: “Dan għen lil waħda miż-​żgħażagħ tagħna terġaʼ lura lejn it-​triq tal-​ħajja.” Mara adulta miżżewġa ratu u qalet: “Kemm nixtieq li kull individwu żagħżugħ fil-​verità jara dan il-​vidjo u jitqanqal biex iħalli l-​verità ssir parti minnu!” Familji, għax ma terġgħux tarawh? Imbagħad, iddiskutu flimkien il-​mistoqsijiet li ġejjin.

2 Introduzzjoni: X’inhu ħabib veru?—Prov. 18:24.

3 Ostakli għall-​Ħbiberija: Kif tistaʼ tevita li tħossok imwarrab? (Flp. 2:4) Għala għandek tkun lest li ttejjeb il-​personalità tiegħek, u min jistaʼ jgħinek tagħmel dan? X’se jiftaħlek l-​opportunità biex tagħmel iktar ħbieb, u fejn tistaʼ ssibhom?—2 Kor. 6:​13, New World Translation.

4 Ħbiberija m’Alla: Kif tistaʼ tiżviluppa relazzjoni maʼ Jehovah, u għala hu taʼ min jagħmel l-​isforz għaliha? (Salm 34:9 [34:​8, NW]) Min hu l-​aħjar li jistaʼ jsaħħaħ il-​ħbiberija tiegħek m’Alla?

5 Sħubija Ħażina: Is-​sħubija maʼ min hija ħażina? (1 Kor. 15:33) Kif tistaʼ l-​għażla ħażina taʼ ħbieb twassal lil dak li jkun għal rovina spiritwali? X’jgħallmek ir-​rakkont Bibliku dwar Dina?—Ġen. 34:​1, 2, 7, 19.

6 Drama taż-​Żmien Modern: Iż-​żagħżugħa Tara kif kienet effettwata mis-​solitudni? Kif iġġustifikat ruħha talli kienet qed tissieħeb maż-​żgħażagħ tad-​dinja? Lejn liema perikli ressquha? Il-​ġenituri tagħha għala naqsu milli jaraw f’liema periklu kienet tinsab, iżda b’liema attitudni għenuha tirkupra spiritwalment? Oħt pijuniera kif uriet li kienet ħabiba vera għal Tara? Il-​Kristjani għala għandhom jagħtu kas dak li hemm fi Proverbji 13:20 u f’Ġeremija 17:9? Liema lezzjoni importanti tgħallmet Tara?

7 Konklużjoni: Liema lezzjonijiet tgħallimt minn dan il-​vidjo? Kif tistaʼ tużah biex tgħin lil oħrajn?—Salm 71:17.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja