LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 4/02 p. 2
  • Skeda għal-Laqgħat tas-Servizz

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Skeda għal-Laqgħat tas-Servizz
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2002
  • Sottitli
  • Ġimgħa li Tibda 8 t’April
  • Ġimgħa li Tibda 15 t’April
  • Ġimgħa li Tibda 22 t’April
  • Ġimgħa li Tibda 29 t’April
  • Ġimgħa li Tibda 6 taʼ Mejju
Il-Ministeru tas-Saltna—2002
km 4/02 p. 2

Skeda għal-​Laqgħat tas-​Servizz

Ġimgħa li Tibda 8 t’April

Għanja 39

13 min: Avviżi lokali. Avviżi magħżulin minn Il-​Ministeru tas-​Saltna. Inkuraġġixxi lil kulħadd biex jara l-​vidjo Young People Ask​—How Can I Make Real Friends? bħala preparazzjoni għad-​diskussjoni fil-​Laqgħa tas-​Servizz għall-​ġimgħa tat-​22 t’April. Uża s-​suġġerimenti f’paġna 8, u ħejji turija taʼ kif jiġi preżentat it-​Torri taʼ l-​Għassa tal-​15 t’April. Waqt it-​turija għandu jintwera mod kif wieħed iwieġeb lil xi ħadd li jipprova jwaqqaf il-​konversazzjoni billi jgħid, “Għandi r-​reliġjon tiegħi stess.”—Ara l-​ktejjeb Kif Nibdew u Nkomplu Diskussjonijiet Fuq Il-​Bibbja, paġni 10, 11.

12 min: Bżonnijiet lokali.

20 min: “Nagħmlu l-​Ġid maʼ Kulħadd.”a Wara d-​diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba, intervista lil xi pubblikatur jew tnejn li jitkellmu dwar kif qed ikabbru l-​ministeru tagħhom.

Għanja 157 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa li Tibda 15 t’April

Għanja 101

10 min: Avviżi lokali. Rapport tal-​kontijiet.

15 min: Il-​Pijunieri Jkomplu Jgħinu lil Oħrajn. L-​indokratur tas-​servizz imexxi diskussjoni fuq il-​platform maʼ indokratur taʼ l-​Istudju tal-​Ktieb tal-​Kongregazzjoni, pijunier, u pubblikatur. L-​indokratur tas-​servizz jirrivedi l-​programm Pijunieri Jgħinu lil Oħrajn imsemmi fil-​Ministeru tas-​Saltna taʼ Settembru 1998, paġna 4. Imbagħad jiddiskuti maʼ kull wieħed li jinsab fuq il-​platform l-​irwol tiegħu fil-​programm u kif qed iwettaq l-​iskop tiegħu. X’qed isir biex dan il-​programm jirnexxi? L-​indokratur tas-​servizz jistieden lill-​pubblikaturi kollha biex jinformawh jekk jixtiequ jingħataw għajnuna fil-​ministeru. Dawk li ngħataw għajnuna fil-​passat jistgħu jerġgħu jiġu inklużi biex jirċievu iktar għajnuna f’aspett ieħor tal-​ministeru.

20 min: “Il-​Ferħ li Jiġi mis-​Servizz Full-Time.”b Ħeġġeġ liż-​żgħażagħ biex japplikaw ħalli jaqdu bħala pijunieri awżiljarji matul ix-​xhur tar-​rebbiegħa u s-​sajf.

Għanja 199 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa li Tibda 22 t’April

Għanja 90

10 min: Avviżi lokali. Uża s-​suġġerimenti f’paġna 8, u ħejji turija minn qaddej ministerjali taʼ kif jiġi preżentat it-​Torri taʼ l-​Għassa taʼ l-​1 taʼ Mejju u minn oħt li turi kif jiġi preżentat Stenbaħ! tat-​8 taʼ Mejju. Wara kull turija, erġaʼ semmi l-​ewwel sentenza jew tnejn li ntużaw biex iqajmu l-​interess taʼ l-​inkwilin.

10 min: Kun Puntwali! Taħdita. Attivitajiet li għandhom x’jaqsmu mal-​qima u s-​servizz tagħna huma affarijiet importanti ħafna, li jirrikjedu ż-​‘żmien tagħhom.’ (Koħ. 3:1) Irridu niksbu l-​akbar benefiċċju possibbli mill-​provvedimenti teokratiċi. Il-​laqgħat tal-​kongregazzjoni u tas-​servizz għandhom jibdew mill-​ewwel fil-​ħin li suppost. Jehovah qatt ma jittardja biex iwettaq l-​attivitajiet tiegħu. (Ħab. 2:3) Għandna bżonn nitjiebu f’dan? Darba kultant, xi wħud jittardjaw għax ma jkunux jistgħu jagħmlu mod ieħor. Iżda b’organizzazzjoni tajba, m’għandniex għalfejn inkunu dejjem tard, jiġifieri li naslu wara l-​għanja u t-​talba tal-​ftuħ tal-​laqgħa jew wara li l-​arranġamenti tas-​servizz taʼ l-​għalqa jkunu diġà saru. Iddiskuti modi prattiċi kif nikkultivaw drawwiet aħjar li se jiżgurawna li naslu fil-​ħin għall-​attivitajiet spiritwali kollha.—Ara l-​Watchtower tal-​15 taʼ Ġunju, 1990, paġna 29.

25 min: “Reazzjoni Entużjastika!”c F’paragrafu 1, ħalli lill-​kongregazzjoni tesprimi fil-​qosor kif ħassitha dwar il-​vidjo Young People Ask​—How Can I Make Real Friends? Imbagħad ibda mill-​ewwel b’diskussjoni maʼ l-​udjenza taʼ kull mistoqsija preżentata f’paragrafi 2-7. F’Ġunju se nirrivedu l-​vidjo Our Whole Association of Brothers (Il-Fratellanza Kollha Tagħna).

Għanja 191 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa li Tibda 29 t’April

Għanja 162

10 min: Avviżi lokali. Fakkar lill-​pubblikaturi biex jitfgħu r-​rapport tas-​servizz taʼ l-​għalqa għal April.

15 min:“L-​Ippridkar tas-​Saltna Jgħin biex Isalva l-​Ħajjiet!”d Ikseb kummenti mill-​udjenza dwar kif l-​iskritturi japplikaw mas-​suġġett.

20 min: “Is-​Servizz taʼ Pijunier—Turija taʼ Mħabba.”e Wara li tiddiskuti paragrafi 3 u 4, intervista lil tliet pijunieri regulari (jew pubblikaturi li jaqdu bħala pijunieri awżiljari b’mod regulari jew f’ċerti perijodi), inkluż, jekk inhu disponibbli, pijunier regulari żagħżugħ li beda eżatt malli spiċċa l-​iskola. Staqsiehom kif irranġaw l-​affarijiet biex jaqdu bħala pijunieri, x’qanqalhom biex jagħmlu dan, x’affarijiet materjali kellhom jissagrifikaw, u liema barkiet irċivew kemm ilhom jaqdu bħala pijunieri regulari.

Għanja 28 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa li Tibda 6 taʼ Mejju

Għanja 141

10 min: Avviżi lokali.

10 min: Nippjanaw bil-​Quddiem għas-​Sajf. Taħdita u diskussjoni maʼ l-​udjenza. Semmi l-​attivitajiet li s-​soltu nippjanaw għas-​sajf: nattendu għall-​konvenzjoni distrettwali kollha, naqdu bħala pijunieri awżiljarji għal xahar jew iktar, nirranġaw xi affarijiet fid-​dar, u forsi ngawdu vaganza jew xi tip taʼ rikreazzjoni. Stieden lil ftit uħud biex jitkellmu dwar il-​pjanijiet tagħhom għas-​sajf u kif se jiżguraw ruħhom li ma jittraskurawx l-​istudju tal-​familja, il-​laqgħat tal-​kongregazzjoni, u s-​servizz taʼ l-​għalqa, anki jekk se jivvjaġġaw u jmorru xi mkien ieħor. Jekk il-​kongregazzjoni għandha territorju li rari jinħadem, avża liema arranġamenti qed isiru biex it-​territorju jinħadem sew. Fakkar lill-​pubblikaturi kollha biex ikunu ċerti li l-​indokratur taʼ l-​Istudju tal-​Ktieb tal-​Kongregazzjoni jirċievi r-​rapporti tas-​servizz taʼ l-​għalqa, kemm jekk ikunu fuq vaganza u kemm jekk le.

25 min: “Familji b’Saħħithom Spiritwalment—Kif?”f Wara li tiddiskuti l-​artiklu, semmi xi esperjenzi prattiċi mit-​Torri taʼ l-​Għassa tal-​15 taʼ Frar, 1999, paġni 10-12.

Għanja 17 u talba taʼ l-​għeluq.

[Noti taʼ taħt]

a Illimita l-​kummenti tal-​ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.

b Illimita l-​kummenti tal-​ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.

c Illimita l-​kummenti tal-​ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.

d Illimita l-​kummenti tal-​ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.

e Illimita l-​kummenti tal-​ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.

f Illimita l-​kummenti tal-​ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja