LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 4/02 p. 8
  • Familji b’Saħħithom Spiritwalment—Kif?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Familji b’Saħħithom Spiritwalment—Kif?
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2002
  • Materjal Simili
  • Għajnuna għall-Familji
    Il-Ministeru tas-Saltna—2011
  • Il-Familja Kristjana Tagħmel l-Affarijiet Flimkien
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1993
  • Familji, Faħħru ’l Alla Bħala Parti mill-Kongregazzjoni Tiegħu
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1999
  • Familji Kbar Magħqudin fis-Servizz taʼ Jehovah
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1999
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2002
km 4/02 p. 8

Familji b’Saħħithom Spiritwalment—Kif?

1 Il-​familji Kristjani huma mfaħħrin għax “jipprattikaw id-​devozzjoni lejn Alla f’darhom stess.” (1 Tim. 5:​4, NW) Madankollu, peress li madwarna hawn ħafna influwenzi ħżiena li jistgħu jdgħajfulna l-​fidi, huwa vitali li l-​familji jaħdmu iebes biex jibqgħu b’saħħithom spiritwalment. Kif jistaʼ jitwettaq dan?

2 Uri l-​Istat taʼ Kap bħal Kristu: Il-​kapijiet tal-​familja għandhom bżonn jimitaw lil Ġesù Kristu fil-​mod kif jerfgħu r-​responsabbiltà biex isaħħu lil dawk taʼ darhom. Ġesù mhux biss wera l-​imħabba tiegħu darba permezz tas-​sagrifiċċju tal-​mewt tiegħu, iżda hu ‘jmantni u jieħu ħsieb’ lill-​kongregazzjoni kontinwament. (Efes. 5:​25-29) Ġenituri kollhom imħabba jsegwu dan l-​eżempju t’affezzjoni tenera billi jum wara l-​ieħor jieħdu ħsieb il-​bżonnijiet spiritwali tal-​familji tagħhom. Dan jinkludi li jagħmlu studju tal-​Bibbja bħala familja kull ġimgħa, li jkollhom diskussjonijiet spiritwali sinifikanti kulmeta jkun possibbli, u li jieħdu ħsieb il-​problemi meta dawn jinqalgħu.—Dt. 6:​6, 7.

3 Fil-​Ministeru taʼ l-​Għalqa: Il-​membri kollha tal-​familja għandhom jifhmu li l-​għoti taʼ xiehda lil oħrajn dwar Jehovah u l-​iskopijiet tiegħu huwa parti importanti mill-​qima tagħhom. (Is. 43:​10-12) Jekk intom bħala ġenituri tridu li wliedkom ikunu Xhieda leali taʼ Jehovah, għandkom tibdew tħejjulhom qalbhom għall-​ministeru minn meta jkunu għadhom żgħar ħafna. Iddiskutu magħhom ir-​raġunijiet għala hemm bżonn li juru spirtu taʼ sagrifiċċju fis-​servizz u għala għandhom jieħdu sehem fih kull ġimgħa. (Mt. 22:​37-39) Imbagħad agħmlu arranġamenti magħhom biex jieħdu sehem regulari magħkom fil-​ministeru taʼ l-​għalqa.

4 Żviluppaw l-​apprezzament għax-​xogħol taʼ l-​ippridkar billi twarrbu l-​ħin matul l-​istudju tal-​familja kull ġimgħa biex tippreparaw u tipprattikaw preżentazzjoni effettiva minn qabel. Lil uliedkom agħtuhom taħriġ individwali fil-​ministeru, filwaqt li tgħinuhom jagħmlu progress skond l-​età u l-​kapaċità tagħhom. Wara li tkunu qattajtu l-​ħin flimkien fil-​ministeru, iddiskutu kif huma raw it-​tjubija taʼ Jehovah b’għajnejhom stess. Irrakkontawlhom esperjenzi li jsaħħu l-​fidi. Iktar ma l-​familji ‘jduqu kemm hu tajjeb il-​Mulej,’ iktar se jsiru qrib taʼ Jehovah, li se jsaħħaħhom biex jirreżistu “kull ħażen.”—1 Pt. 2:​1-3.

5 Fil-​Laqgħat: Kemm hi xi ħaġa sabiħa meta l-​membri tal-​familja jgħinu lil xulxin biex jattendu l-​laqgħat kollha tal-​kongregazzjoni, speċjalment jekk xi ħadd minnhom iħossu mtaqqal, skuraġġit, jew għajjien! “Missieri jkun għajjien meta jiġi d-​dar mix-​xogħol,” osservat oħt żagħżugħa. “Iżda jien naqsam miegħu punt tajjeb li se jiġi diskuss fil-​laqgħa dak in-​nhar, u dan jinkuraġġih biex jiġi. Imbagħad meta nħossni għajjiena jien, jinkuraġġini hu biex niġi.”—Lhud 10:​24, 25.

6 Jagħmlu l-​Affarijiet Flimkien: Il-​familji għandhom jagħmlu l-​affarijiet flimkien, bħal per eżempju li jgħinu fix-​xogħol tad-​dar. Ukoll għandu jitwarrab il-​ħin għal rikreazzjoni magħżula bil-​għaqal. Il-​fatt li tmorru xi piknik, mixja fil-​kampanja, tilagħbu xi logħba, u tivvjaġġaw biex iżżuru lil xi qraba jew ħbieb jistaʼ jipprovdilkom mumenti taʼ ferħ u memorji għeżież lejn xiex tħarsu lura.—Koħ. 3:4.

7 Familji Kristjani sodi jegħlbu l-​isfidi taʼ kuljum li jheddu l-​ispiritwalità tagħhom. Billi jersqu dejjem eqreb lejn Jehovah, huma jesperjenzaw il-​qawwa li hu jagħti.—Efes. 6:10.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja