LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 2/07 p. 1
  • Imita lil Kristu fil-Ministeru Tiegħek

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Imita lil Kristu fil-Ministeru Tiegħek
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2007
  • Materjal Simili
  • Il-Ministeru Kristjan—Ix-Xogħol Prinċipali Tagħna
    Il-Ministeru tas-Saltna—2003
  • “Morru u Agħmlu Dixxipli”
    “Ejja Kun Segwaċi Tiegħi”
  • Se Twieġeb Int Għall-Imħabba taʼ Ġesù?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1992
  • Dak li Ġesù Għallem Dwar is-Saltna t’Alla
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2010
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2007
km 2/07 p. 1

Imita lil Kristu fil-​Ministeru Tiegħek

1 Ġesù ħallielna l-​eżempju biex insegwuh fil-​ministeru tagħna. L-​imħabba profonda tiegħu lejn Alla u lejn in-​nies kienet murija f’ħafna okkażjonijiet u b’diversi modi. Hu għallem il-​verità lil uħud ġwejdin u għamel atti taʼ qalb tajba bl-​imħabba għal dawk li kienu mnikktin u magħkusin.​—Mt. 9:​35.

2 L-​Eżempju u t-​Tagħlim taʼ Ġesù: Ġesù ma involviex ruħu fi kwistjonijiet politiċi jew f’sempliċi sforzi umanitarji sabiex tibbenefika minnhom il-​komunità, u għalhekk ma ġiex aljenat. Lanqas ma ħalla kwalunkwe attività oħra b’intenzjoni tajba taljenah jew tiġi qabel ix-​xogħol primarju tiegħu. (Luqa 8:1) Hu ffoka fuq li jippriedka l-​aħbar tajba tas-​Saltna t’Alla bħala l-​unika soluzzjoni permanenti għall-​problemi taʼ l-​umanità. Ġesù kellu xogħol importanti x’jagħmel u ħin limitat biex iwettqu. Meta n-​nies f’Kafarnahum riedu li Ġesù jibqaʼ hemmhekk, hu qal lid-​dixxipli tiegħu: “Ejja mmorru xi mkien ieħor . . . sabiex inkun nistaʼ nippriedka hemmhekk ukoll, għax għalhekk ħriġt.”​—Mk. 1:​38.

3 Wara li ħarreġ lid-​dixxipli tiegħu, Ġesù bagħathom jippridkaw b’dawn l-​istruzzjonijiet speċifiċi: “Ippridkaw u għidu, ‘Qorbot is-​saltna tas-​smewwiet.’” (Mt. 10:7) Hu għallem lis-​segwaċi tiegħu li l-​interessi tas-​Saltna għandu jkollhom l-​ewwel post f’ħajjithom. (Mt. 6:​33) L-​aħħar kliem li Ġesù qal lid-​dixxipli tiegħu qabel ma telaʼ s-​sema wera biċ-​ċar x’kellhom jagħmlu. Hu qal: “Għalhekk, morru u agħmlu dixxipli min-​nies tal-​ġnus kollha.”​—Mt. 28:19.

4 L-​Importanza tas-​Saltna: Is-​suġġett prinċipali tad-​diskussjonijiet taʼ Ġesù kien is-​Saltna t’Alla, u hu ħeġġeġ lid-​dixxipli tiegħu biex isegwu l-​eżempju tiegħu. L-​isforzi tal-​bnedmin sabiex isolvu l-​problemi taʼ l-​umanità ma jistgħux jirnexxu. (Ġer. 10:23) Is-​Saltna t’Alla biss se tqaddes l-​isem t’Alla u tipprovdi serħan permanenti għall-​umanità. (Mt. 6:​9, 10) Il-​fatt li tgħallem il-​veritajiet tas-​Saltna lin-​nies li “ssibhom jitniehdu u jitbikkew minħabba l-​qżiżijiet kollha li jsiru” jgħinhom jgħixu ħajja ferħana u taʼ suċċess issa u għall-​futur ikollhom tama soda taʼ min joqgħod fuqha.​—Eżek. 9:4.

5 Ġesù għad għandu rwol attiv fl-​ippridkar taʼ l-​aħbar tajba tas-​Saltna t’Alla, u hu jassigurana li qed jappoġġana. (Mt. 28:20) Il-​ministeru tagħna sa liema punt jaqbel maʼ l-​eżempju li ħallielna Ġesù? (1 Pt. 2:​21) F’dawn l-​aħħar jiem importanti ħafna, jalla nagħmlu ħilitna kollha sabiex inżommu mill-​qrib maʼ l-​eżempju li ħalla Ġesù fil-​ministeru!

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja