LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 2/07 p. 8
  • Tinsiex lil Dawk li Huma Inattivi

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Tinsiex lil Dawk li Huma Inattivi
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2007
  • Materjal Simili
  • “Erġgħu Lura Lejja”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2020
  • Kaxxa għall-Mistoqsija
    Il-Ministeru tas-Saltna—1998
  • Għinhom Jerġgħu Lura bla Dewmien!
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2008
  • Kaxxa għall-Mistoqsija
    Il-Ministeru tas-Saltna—2000
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2007
km 2/07 p. 8

Tinsiex lil Dawk li Huma Inattivi

1. Għala għandna nirsistu biex ninkuraġġixxu lil dawk li saru inattivi?

1 Taf lil xi ħadd li sar inattiv? Forsi waqaf milli jissieħeb mal-​kongregazzjoni u nġarr mal-​kurrent. Għandek mnejn ikkuntattjajt lil dan l-​individwu waqt li kont qed tieħu sehem fil-​ministeru minn dar għal dar. Irridu nżommu f’moħħna li dan l-​individwu għadu ħuna spiritwali. Aħna rridu nuru li għadna nħobbuh u rridu ngħinuh jerġaʼ jiġi lura fil-​kongregazzjoni u għand ‘ir-​ragħaj u l-​indokratur taʼ ruħna.’​—1 Pt. 2:​25.

2. Kif nistgħu noffru inkuraġġiment lil xi ħadd inattiv?

2 Uri Interess: Permezz taʼ telefonata jew żjara qasira nistgħu nassiguraw lil dak li sar inattiv li aħna ma nsejniehx. X’nistgħu ngħidu? Nistgħu nkunu taʼ inkuraġġiment billi sempliċement ngħidu lill-​individwu li konna qed naħsbu fih. Żomm il-​konversazzjoni pjaċevoli u inkuraġġanti. (Flp. 4:8) Nistgħu nsemmu xi punt li ħadna pjaċir nisimgħuh f’xi laqgħa reċenti. Nistgħu nistidnuh ukoll jattendi l-​laqgħa jew l-​assemblea li jkun imiss u noffru li nerfgħulu post jew li ngħaddu għalih.

3. Waħda oħt kif reġgħet saret attiva?

3 Oħt li kienet ilha inattiva għal iktar minn 20 sena ġiet kuntattjata fit-​territorju. Għalkemm ma kinitx lesta li taċċetta studju tal-​Bibbja, l-​oħt li sabitha baqgħet iżżurha, billi kienet tiħdilha lħarġiet kurrenti tar-​rivisti. Wara l-​konvenzjoni distrettwali, il-​pubblikatriċi ddiskutiet xi punti prinċipali mill-​konvenzjoni maʼ l-​oħt inattiva, u maż-​żmien din reġgħet saret attiva.

4. Kif għandna nittrattaw lil xi ħadd li jerġaʼ jibda jissieħeb billi jattendi l-​laqgħat?

4 Meta Xi Ħadd Jiġi Lura: Meta ħu inattiv jerġaʼ jibda jiġi l-​laqgħat, kif għandna nittrattawh? Sewwa, Ġesù kif ittrattahom lid-​dixxipli tiegħu wara li kienu abbandunawh għal ftit? Hu bi mħabba rrefera għalihom bħala ‘ħutu’ u wera fiduċja fihom. Saħansitra tahom inkarigu importanti. (Mt. 28:​10, 18, 19) Ftit wara, huma kellhom ħafna x’jagħmlu f’li jiddikjaraw l-​aħbar tajba “bla heda.”​—Atti 5:​42.

5. Semmi sitwazzjonijiet fejn għandna nitkellmu maʼ l-​anzjani rigward xi ħadd li hu inattiv.

5 Qabel ma noffru li nistudjaw il-​Bibbja maʼ xi ħadd li sar inattiv jew qabel ma nistiednu lil xi ħu li kien ilu inattiv għal żmien twil sabiex jiġi magħna fil-​ministeru, għandna nistaqsu lill-​anzjani għad-​direzzjoni. Jekk niltaqgħu maʼ xi pubblikatur inattiv fit-​territorju, għandna ninformaw lill-​anzjani sabiex ikunu jistgħu joffrulu l-​għajnuna meħtieġa.

6. Liema ferħ nistgħu nesperjenzaw meta ngħinu lil dawk li huma inattivi?

6 Bħalma turi ċar il-​Bibbja, dawk biss li jiġru t-​tiġrija sa l-​aħħar se jsalvaw. (Mt. 24:13) Għalhekk, innota lil dawk li jistgħu jkunu ġew imfixklin jew inġarru mal-​kurrent. Jekk bil-​paċenzja nirriflettu l-​imħabba taʼ Ġeħova billi nuru interess sinċier f’uħud bħal dawn, aħna nistgħu nesperjenzaw il-​ferħ li narawhom jerġgħu jibdew jaqdu fis-​servizz sagru magħna.​—Lq. 15:​4-​10.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja