LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 8/07 p. 6
  • Programm Ġdid għall-Assemblea tas-Circuit

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Programm Ġdid għall-Assemblea tas-Circuit
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2007
  • Materjal Simili
  • Programm Ġdid taʼ l-Assemblea tas-Circuit
    Il-Ministeru tas-Saltna—2008
  • Assemblea tas-Circuit Biex Tgħinna Nħarsu l-Ispiritwalità Tagħna
    Il-Ministeru tas-Saltna—2009
  • Programm Ġdid taʼ l-Assemblea tas-Circuit
    Il-Ministeru tas-Saltna—2004
  • Programm Ġdid għall-Assemblea tas-Circuit
    Il-Ministeru tas-Saltna—1998
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2007
km 8/07 p. 6

Programm Ġdid għall-​Assemblea tas-​Circuit

Ġeħova jistħoqqlu li jiġi glorifikat. Kif nigglorifikawh lil Ġeħova? Liema sfidi qed jiffaċċjaw xi wħud rigward dan? Liema barkiet għandhom dawk li jigglorifikaw lil Alla issa? Il-​programm taʼ l-​assemblea tas-​circuit għas-​sena taʼ servizz 2008 se jipprovdi tweġibiet sodisfaċenti għal dawn il-​mistoqsijiet. It-​tema se tkun “Agħmel Kollox għall-​Glorja t’Alla.” (1 Kor. 10:31) Ikkunsidra x’hemm lest għalina fil-​jumejn li ġejjin taʼ istruzzjoni spiritwali abbundanti.

L-indokratur tad-​distrett se jitkellem dwar is-​suġġetti “Għala Nagħtu Glorja lil Alla?” u “Kun Eżemplari f’li Tilħaq l-​Ħtiġijiet t’Alla.” Hu se jagħti t-​taħdita pubblika, “Min Huma n-​Nies li Jigglorifikaw lil Alla?,” u t-​taħdita taʼ l-​għeluq, “Magħqudin Nigglorifikaw lil Alla Madwar id-​Dinja.” Hu se jmexxi wkoll l-​Iskola tal-​Ministeru Teokratiku. L-​indokratur tas-​circuit se jitkellem dwar it-​temi “Tgħaxxaq Hekk Kif Tirrifletti l-​Glorja t’Alla,” “Nagħtu l-​Attenzjoni għall-​Ħtiġijiet tas-​Circuit,” u “Ibqaʼ ‘Stabbilit Sew fil-​Verità,’” li hi bbażata fuq it-​2 Pietru 1:​12. Barra minn hekk, se nitgħallmu kif “Il-​Ministeru taʼ Pijunier Jigglorifika lil Alla.” It-​taħdita “Nigglorifikaw lil Alla fl-​Aspetti Kollha taʼ Ħajjitna,” li hija l-​ewwel waħda miż-​żewġ serje taʼ taħditiet li jqanqlu l-​ħsieb, se teżamina s-​sinifikat profond tal-​kliem ispirat misjub fl-​1 Korintin 10:31. Is-​serje taʼ taħditiet “Nagħtu Servizz Sagru biex Infaħħru lil Ġeħova” se tittratta dwar diversi aspetti tal-​qima tagħna. Il-​Ħadd se jkollna s-​sommarju tat-​Torri taʼ l-​Għassa u d-​diskussjoni taʼ l-​iskrittura tal-​jum. Se jkun hemm ukoll opportunità għall-​magħmudija.

Il-biċċa l-​kbira mill-​bnedmin jirrifjutaw li jieħdu għarfien dwar Alla. Ħafna huma aljenati wisq bi pjanijiet umani biex joqogħdu jaħsbu dwar il-​kobor taʼ Ġeħova. (Ġw. 5:​44) Imma aħna konvinti dwar kemm hu taʼ valur li nqattgħu ħin biex nikkunsidraw kif ‘Nagħmlu Kollox għall-​Glorja t’Alla.’ Ippjana biex tkun preżenti u tibbenefika bis-​sħiħ mill-​erbaʼ sessjonijiet kollha.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja