X’Nistgħu Ngħidu dwar ir-Rivisti
It-Torri taʼ l-Għassa 15 t’Awis.
“Nixtieq l-opinjoni tiegħek dwar dak li naqraw hawnhekk. [Aqra Ebrej 3:4.] Taqbel li l-univers kellu Disinjatur intelliġenti? [Agħti ċans għal tweġiba.] Din ir-rivista teżamina jekk it-twemmin f’Disinjatur jaqbilx max-xjenza vera.”
It-Torri taʼ l-Għassa 1 taʼ Sett.
“Ħafna jħossu li t-‘Testment il-Qadim’ jipprovdi informazzjoni storika siewja. Imma huma jiddubitaw jekk il-gwida tiegħu għadhiex tgħodd illum. X’taħseb? [Agħti ċans għal tweġiba. Imbagħad aqra Rumani 15:4.] Din ir-rivista turi kif it-‘Testment il-Qadim’ jipprovdi pariri taʼ benefiċċju għall-ħajja taʼ kuljum u tama vera għall-futur.”