LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 10/07 p. 1
  • Offri Tama lill-Foqra

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Offri Tama lill-Foqra
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2007
  • Materjal Simili
  • Segwi l-Eżempju taʼ Ġesù u Ħu Interess fil-Foqra
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
  • Dinja Mingħajr Faqar fil-Qrib
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
  • Il-Faqar—Insibu s-Soluzzjoni Dejjiema
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
Il-Ministeru tas-Saltna—2007
km 10/07 p. 1

Offri Tama lill-​Foqra

1 Ġesù ħa interess speċjali f’dawk li kienu foqra. Kien hemm okkażjonijiet meta hu mirakolożament ipprovda għajnuna materjali u fejjaq lill-​morda, imma hu kien jiffoka fuq ix-​xandir taʼ “l-​aħbar tajba” lill-​foqra. (Mt. 11:5) Illum, il-​ministeru Kristjan għadu taʼ benefiċċju kemm għall-​foqra kif ukoll għal oħrajn.​—Mt. 24:14; 28:​19, 20.

2 Tama Vera: Il-​ministri tal-​Kristjaneżmu taʼ spiss iwiegħdu lill-​foqra li se jistagħnew jekk jagħtu b’mod ġeneruż lill-​knisja. Madankollu, il-​Bibbja tgħallem li s-​Saltna t’Alla biss se ttemm il-​faqar u ssolvi l-​problemi kollha tal-​bnedmin. (Salm 9:​19 [Salm 9:​18, New World Translation]; Salm 145:16; Is. 65:​21-​23) Meta nuru lill-​foqra dak li tgħallem verament il-​Bibbja, aħna nkunu qed nagħtuhom tama u ngħinuhom jissodisfaw il-​bżonn spiritwali tagħhom.​—Mt. 5:3.

3 Il-​Fariżej taʼ żmien Ġesù kienu jistmerruhom lill-​foqra, billi b’disprezz kienu jsejħulhom amħaarets, jew “nies tal-​pajjiż.” Madankollu, Ġesù kien iqis “demmhom,” jew ħajjithom, bħala “għażiż.” (Salm 72:​13, 14) Aħna nistgħu nimitaw lil Ġesù u nuru ‘ħniena’ maʼ wħud foqra bħal dawn billi nuru qalb tajba u nieħdu interess persunali fihom u fil-​problemi tagħhom. (Prov. 14:31) Aħna qatt ma rridu nċekknu lin-​nies li jgħixu f’akkwati foqra jew nuru nuqqas taʼ ħeġġa biex nagħtuhom xiehda. Ħafna li qed iwieġbu għall-​messaġġ tas-​Saltna huma nies foqra.

4 Għinhom Issa: Meta ngħallmu l-​prinċipji Bibliċi lil uħud foqra fit-​territorju nkunu qed ngħinuhom ukoll biex inaqqsu l-​effetti tal-​faqar minn issa. Per eżempju, il-​Bibbja tikkundanna s-​sokor, il-​logħob taʼ l-​ażżard, l-​għażż, l-​użu tat-​tabakk, u prattiċi oħrajn li jwasslu għall-​faqar. (Prov. 6:​10, 11; 23:21; 2 Kor. 7:1; Efes. 5:5) L-​Iskrittura tinkuraġġixxi l-​onestà u li naħdmu ‘b’ruħna kollha,’ kwalitajiet li jkunu mixtiqin fil-​ħaddiema. (Kol. 3:​22, 23; Ebr. 13:18) Fil-​fatt, fi stħarriġ wieħed, il-​biċċa l-​kbira taʼ l-​imgħallmin stmaw l-​onestà u l-​integrità bħala kwalitajiet li jiġbduhom l-​iktar meta jkunu qed ifittxu biex iħaddmu n-​nies.

5 Ġeħova jimpurtah mit-​tbatija tal-​foqra. Ġesù Kristu dalwaqt se jeħles “lill-​fqir li jsejjaħlu.” (Salm 72:12) Sadanittant, aħna għandna l-​privileġġ li nfarrġu lil oħrajn, inkluż lill-​foqra, bil-​messaġġ taʼ tama mill-​Bibbja.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja