Kaxxa għall-Mistoqsija
◼Huwa xieraq li jitwaħħal l-indirizz persunali taʼ l-e-mail tagħna mal-letteratura li nqassmu?
Xi pubblikaturi stampaw jew waħħlu xi stiker bl-indirizz persunali taʼ l-e-mail tagħhom fuq ir-rivisti jew il-fuljetti li ħallew maʼ ħaddieħor. B’hekk, dawk li jaċċettaw il-letteratura jkunu jistgħu jikkuntattjaw lill-pubblikatur għal iktar informazzjoni. Sforzi bħal dawn biex jiġu megħjunin uħud interessati jsiru b’intenzjoni tajba. Madankollu, il-Web site uffiċjali tagħna diġà tinsab indikata fuq in-naħa taʼ wara tar-rivisti u l-fuljetti. Għaldaqstant, l-aħjar huwa li ma nwaħħlux l-indirizz persunali taʼ l-e-mail fuq il-letteratura.
Jekk xi pubblikatur jixtieq jipprovdi informazzjoni lin-nies fit-territorju fuq biċċa karta separata biex jiġi kuntattjat, speċjalment meta jagħmel żjajjar lura, din hija deċiżjoni persunali. Aħna għandna nieħdu l-inizjattiva biex nagħmlu żjajjar lura lil dawk li huma interessati minflok ma sempliċement inħallu f’idejhom biex jikkuntattjawna għal iktar informazzjoni. Interess persunali ġenwin jistaʼ jintwera aħjar meta titkellem mal-persuna wiċċ imbwiċċ.