LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 12/08 p. 1
  • Jum Speċjali Biex Noffru Studji tal-Bibbja

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Jum Speċjali Biex Noffru Studji tal-Bibbja
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2008
  • Materjal Simili
  • Enfasizza l-Offerta taʼ Studji tal-Bibbja fl-Ewwel Sibt
    Il-Ministeru tas-Saltna—2013
  • Kun Dejjem Lest Biex Toffri Studju tal-Bibbja
    Il-Ministeru tas-Saltna—2010
  • Nikkonduċu Studji tal-Bibbja Progressivi—It-Tnax-il Parti
    Il-Ministeru tas-Saltna—2005
  • Jinħtieġu—Iktar Studji tal-Bibbja
    Il-Ministeru tas-Saltna—1998
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2008
km 12/08 p. 1

Jum Speċjali Biex Noffru Studji tal-​Bibbja

1 Minn Jannar, kull kongregazzjoni se tibda tagħżel tmiem il-​ġimgħa wieħed kull xahar, forsi l-​ewwel wieħed, biex tikkonċentra fuq li toffri studji tal-​Bibbja. Dan għandu jkun Sibt jew Ħadd, skond xi jkun l-​aħjar lokalment. Dakinhar, jekk l-​inkwilini jirrifjutaw din l-​offerta, il-​pubblikaturi xorta jistgħu joffru l-​ktieb Il-​Bibbja X’Tgħallem? jew iħallu l-​aħħar rivisti. L-​anzjani u l-​qaddejja ministerjali kollha għandhom jirranġaw biex ikollhom sehem sħiħ f’din l-​attività u biex jassistu lill-​pubblikaturi ħalli jibdew studji tal-​Bibbja.

2 Il-​Kumitat tas-​Servizz tal-​Kongregazzjoni se jiddetermina liema jum fi tmiem il-​ġimgħa se jitħalla biex noffru studji tal-​Bibbja. Minn żmien għal żmien, għandhom jingħataw tfakkiriet biex il-​pubblikaturi jkunu jistgħu jippreparaw u jagħmlu sforz speċjali ħalli joffru studji tal-​Bibbja minn dar għal dar u meta jżuru lil dawk li jkunu wrew interess.

3 Kif Tipprepara: Nistgħu nsibu suġġerimenti dwar kif nibdew studji tal-​Bibbja fl-​insert tal-​Ministeru tas-​Saltna taʼ Jannar 2006 u fil-​ktieb Reasoning paġna 12. Xi wħud jistgħu jagħżlu li jużaw fuljett, bħal Tixtieq Tkun Taf il-​Verità? Ukoll, Il-​Ministeru tas-​Saltna t’Awissu 2007 f’paġna 3 tagħti suġġerimenti dwar kif nibdew studji tal-​Bibbja meta nżuru lil dawk li jkunu aċċettaw ir-​rivisti. L-​anzjani u l-​qaddejja ministerjali se jiġu inkarigati biex jikkonduċu laqgħa qasira għas-​servizz taʼ l-​għalqa taʼ xi 10 sa 15-il minuta, li matulha għandu jiġi diskuss jew muri suġġeriment prattiku jew tnejn dwar kif nibdew studji tal-​Bibbja.

4 M’għandniex xi ngħidu, mhux kulħadd se jaċċetta studju tal-​Bibbja jew ikompli l-​istudju tiegħu għal perijodu twil. Dan m’għandux iżommna lura, ladarba Ġeħova hu li jiġbed lil uħud bħal nagħaġ lejn l-​organizzazzjoni tiegħu. (Ġw. 6:44) Ir-​responsabbiltà tagħna m’hijiex biss li niżirgħu ż-​żerriegħa tal-​verità imma wkoll li nikkultivawha u nsaqqu dik li tagħmel l-​għeruq, u dan jinkludi li nistudjaw il-​Bibbja maʼ wħud li għandhom attitudni xierqa. Meta nagħmlu hekk, aħna jkollna l-​privileġġ li nkunu ħaddiema sħab m’Alla.—1 Kor. 3:9.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja