LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • wp20 Nru. 2 pp. 4-5
  • Għala Għandna Bżonn is-Saltna t’Alla?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Għala Għandna Bżonn is-Saltna t’Alla?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2020
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • TIBDA T-​TMEXXIJA MILL-​BNIEDEM
  • ŻMIEN BIEX ALLA JIEĦU AZZJONI
  • Is-Saltna t’Alla—Il-Ħakma l-Ġdida fuq id-Dinja
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2000
  • Iż-Żmien Meta Alla Mhux Se Jippermetti Iktar is-Sofferenza Qed Joqrob
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
  • Jintwera li l-Mod Kif Jaħkem Ġeħova Hu Sewwa u Ġust
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2010
  • Għala Jiġru Affarijiet Ħżiena, u n-Nies Għala Jbatu?
    Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2020
wp20 Nru. 2 pp. 4-5
Adam u Eva jħarsu lejn nixxiegħa tal-ilma fil-ġnien tal-Għeden.

Taħt it-tmexxija t’Alla, il-ħolqien kollu tiegħu kien f’unjoni u fil-paċi

Għala Għandna Bżonn is-Saltna t’Alla?

Fil-​bidu tal-​istorja tal-​bniedem, il-​Ħallieq tagħna, li jismu Ġeħova, kien l-​uniku Mexxej. Hu mexxa bi mħabba. Hu għamel dar sabiħa, ġnien fl-​Għeden, biex fiha jgħixu l-​bnedmin. Ukoll, hu pprovdielhom abbundanza taʼ ikel. Flimkien maʼ dan, hu ta lill-​bnedmin xogħol bi skop x’jagħmlu. (Ġenesi 1:28, 29; 2:8, 15) Il-​bnedmin kienu se jgawdu l-​paċi kieku baqgħu taħt it-​tmexxija kollha mħabba t’Alla.

Adam qed iżomm il-frotta pprojbita li offrietlu Eva.

L-ewwel bnedmin m’aċċettawx lil Alla bħala l-Mexxej tagħhom

Il-​Bibbja turi li anġlu ribelluż, li iktar tard ġie msejjaħ Satana x-​Xitan, sfida d-​dritt li Alla jmexxi. Hu ried jagħti x’jifhem li l-​bnedmin kienu se jkunu iktar kuntenti mingħajr il-​gwida u t-​tmexxija t’Alla. B’dispjaċir, l-​ewwel ġenituri tagħna, Adam u Eva, għamlu bħal Satana u rribellaw kontra Alla.—Ġenesi 3:1-​6; Rivelazzjoni 12:9.

Minħabba li Adam u Eva rrifjutaw lil Alla bħala l-​Mexxej tagħhom, huma tilfu d-​dar tagħhom li kienet Ġenna u t-​tama li jgħixu għal dejjem f’saħħa perfetta. (Ġenesi 3:17-​19) Id-​deċiżjoni tagħhom affettwat ukoll lit-​tfal li kellhom. Il-​Bibbja tgħid li minħabba li Adam dineb, “id-​dnub daħal fid-​dinja, u permezz tad-​dnub il-​mewt.” (Rumani 5:12) Id-​dnub wassal għal riżultat traġiku ieħor: “Il-​bniedem iddomina lill-​bniedem bi ħsara għalih.” (Ekkleżjasti 8:9) Fi kliem ieħor, meta l-​bnedmin imexxu lilhom infushom, dejjem se jkun hemm il-​problemi.

TIBDA T-​TMEXXIJA MILL-​BNIEDEM

Nimrod wieqaf b’mod arroganti. Warajh hemm xi nies jibnu.

Nimrod irribella kontra Ġeħova

L-​ewwel mexxej uman imsemmi fil-​Bibbja kien Nimrod. Hu rribella kontra t-​tmexxija taʼ Ġeħova. Minn żmien Nimrod ’l hawn, nies setgħanin abbużaw mill-​awtorità tagħhom. Xi 3,000 sena ilu, is-​Sultan Salamun kiteb: “Rajt id-​dmugħ tal-​maħqurin, imma ma kellhomx min ifarraġhom. U fuq in-​naħa taʼ dawk li kienu jaħqruhom kien hemm il-​qawwa.”—Ekkleżjasti 4:1.

Illum l-​affarijiet ma nbidlux. Fl-​2009, pubblikazzjoni tal-​Ġnus Magħquda qalet li iktar ma jgħaddi żmien, tmexxija ħażina iktar qed titqies bħala “waħda mir-​raġunijiet ewlenin tal-​ħażen kollu fis-​soċjetajiet tagħna.”

ŻMIEN BIEX ALLA JIEĦU AZZJONI

Id-​dinja għandha bżonn mexxejja aħjar u tip taʼ gvern aħjar. U hekk wegħedna l-​Ħallieq!

Stampi: Ir-riżultati li ġew minn tmexxija tal-bniedem. 1. Mara mill-Asja bilqiegħda fi triq maħmuġa waqt li żżomm lil binha jibki. 2. Raġel marid imdaħħal fiż-żmien ġo sodda fl-isptar. 3. Suldati jisparaw fi gwerra. 4. Nies irrabjati jipprotestaw u jżommu powsters fi jdejhom. 5. Mara u bintha quddiem il-bieb tad-dar tagħhom isibu l-ħġieġ tal-bieb imkisser. 6. Belt imdaħħna bi ċmieni u cables tad-dawl.

Anki l-aqwa gvernijiet umani fallew milli jsolvu l-problemi serji tal-bnedmin

Alla waqqaf Saltna, jew gvern, li se tieħu post it-​tmexxija kollha tal-​bniedem, u “hi [biss] tibqaʼ wieqfa għal dejjem.” (Danjel 2:44) Din hi s-​Saltna li miljuni taʼ nies ilhom jitolbu għaliha. (Mattew 6:9, 10) Imma Alla mhux se jmexxi dan il-​gvern hu stess. Minflok, hu ħatar lil xi ħadd li għex bħala bniedem biex ikun il-​Mexxej. Lil min għażel Alla?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja