Int Lest Biex Tgħanni lil Ġeħova fil-Laqgħat Tagħna?
1 Il-preparazzjoni biex tieħu sehem fil-laqgħat tagħna tinkludi l-preparazzjoni biex tkanta għanjiet taʼ tifħir. Ikkunsidra s-suġġerimenti li ġejjin.
2 Ifhem il-Kliem: L-iskrittura bħala tema u iktar skritturi mniżżlin fl-aħħar taʼ kull għanja jgħinu biex tiġi enfasizzata l-bażi Skritturali tal-kliem.
3 Ipprattika: Tistaʼ tintuża parti mill-Qima tal-Familja taʼ kull ġimgħa biex issir taf l-għanjiet il-ġodda. Kanta l-għanjiet bl-għajnuna tal-mużika rekordjata tal-għanjiet li tindaqq bil-pjanu li tkun se tintuża f’kull laqgħa. Il-mużika bil-pjanu tistaʼ tiġi mniżżla mill-Internet fuq il-websajt www.pr418.com jew inkella tistaʼ tiġi ordnata mid-dipartiment tal-letteratura. Forsi tkun tistaʼ titgħallem il-melodija taʼ ftit mill-għanjiet il-ġodda billi tismaʼ l-Ewwel Disk tas-Sing to Jehovah—Vocal Renditions.
4 Se tkun lest meta nibdew nużaw il-ktieb Għannu lil Ġeħova fl-Istudju tat-Torri tal-Għassa matul l-ewwel tmiem il-ġimgħa taʼ Jannar? Iva, se tkun lest jekk tieħu l-ħin biex tifhem it-tifsir tal-għanjiet u tipprattika kif tkantahom.