Kun Assistent Tajjeb fuq il-Bieb
1. Liema benefiċċji niksbu meta naħdmu maʼ xi ħadd fil-ministeru?
1 F’okkażjoni minnhom, Ġesù bagħat 70 dixxiplu biex jippritkaw, u “bagħathom tnejn tnejn.” (Lq. 10:1) Bla dubju dan l-arranġament ippermetta li d-dixxipli tiegħu jgħinu u jinkuraġġixxu lil xulxin hekk kif ippritkaw. Meta nakkumpanjaw lil pubblikatur ieħor fil-ministeru, kif nistgħu nkunu taʼ għajnuna?
2. Meta dak li nkunu qed naħdmu miegħu jagħmel il-preżentazzjoni tiegħu, kif u għala għandna nisimgħu?
2 Billi Nisimgħu: Ismaʼ b’attenzjoni hekk kif dak li tkun qed taħdem miegħu jagħmel il-preżentazzjoni tiegħu. (Ġak. 1:19) Jekk tinqara skrittura, segwi fil-Bibbja tiegħek. Ħares lejn min ikun qed jitkellem, kemm jekk ikun dak li qed taħdem miegħu kif ukoll jekk ikun l-inkwilin. Jekk toqgħod attent sew għall-konversazzjoni, dan jistaʼ jħeġġeġ lill-inkwilin biex jagħmel l-istess.
3. Dak li nkunu qed naħdmu miegħu meta forsi jkun jixtieq li nitkellmu?
3 Billi Nagħrfu Meta Għandna Nitkellmu: Meta nkunu maʼ xi ħadd li jkun qed jagħmel il-preżentazzjoni tiegħu, nuruh dinjità billi nħalluh jieħu t-tmexxija. (Rum. 12:10) Għandna nevitaw li nidħlu f’nofs il-konversazzjoni. Jekk jinsa dak li ried jgħid jew l-inkwilin iqajjem xi oġġezzjoni jew mistoqsija u dak li nkunu qed naħdmu miegħu jitlobna l-għajnuna, nistinkaw biex inżidu maʼ dak li jkun diġà qal hu minflok ma nintroduċu suġġett differenti. (Prov. 16:23; Ekk. 3:1, 7) Jekk nitkellmu, kliemna għandu jikkontribwixxi għax-xhieda li tkun qed tingħata.—1 Kor. 14:8.
4. X’se jikkontribwixxi għall-ferħ u s-suċċess tagħna fil-ministeru?
4 Meta s-70 dixxiplu li kienu qed jaħdmu tnejn tnejn spiċċaw jippritkaw, “ġew lura ferħanin.” (Lq. 10:17) Aħna wkoll se jkollna ferħ u suċċess fil-ministeru hekk kif nisimgħu u nagħrfu meta għandna nitkellmu aħna u nassistu lil dawk li nkunu qed naħdmu magħhom.