X’Nistgħu Ngħidu Dwar ir-Rivisti
It-Torri tal-Għassa Lulju-Settembru
“Ħafna nies jittamaw li jmorru s-sema la jmutu. Int hekk tixtieq? [Agħti ċans għal tweġiba.] Innota x’tgħid il-Bibbja li se jkun il-premju għall-maġġuranza tan-nies tajbin. [Aqra Salm 37:29.] Din ir-rivista teżamina dak li tgħid il-Bibbja dwar min se jmur is-sema u x’se jagħmel hemm.”
Stenbaħ! Lulju-Settembru
“Ħafna nies għandhom rispett għall-Bibbja iżda jaħsbu li ftit għandha valur prattiku fid-dinja moderna tal-lum. Int x’taħseb? [Agħti ċans għal tweġiba. Imbagħad aqra Rumani 15:4.] Dan l-artiklu jispjega għala saħansitra l-iktar partijiet qodma tal-Bibbja għadhom jgħoddu sal-ġurnata tal-lum.” Uri l-artiklu li jibda f’paġna 10.