X’Nistgħu Ngħidu Dwar ir-Rivisti
It-Torri tal-Għassa Jannar-Marzu
“Ħafna nies jaħsbu dwar jekk Alla jimpurtahx mill-ansjetajiet u min-niket persunali tagħna. X’taħseb int? [Agħti ċans għal tweġiba. Imbagħad aqra Salm 34:18.] L-artiklu li jibda f’paġna 19 jiddiskuti kif Alla jgħinna nikkumbattu sentimenti negattivi bħal li nħossu li ma niswew għal xejn, inħossu dwejjaq kbar, u ħtija eċċessiva.”
Stenbaħ! Jannar-Marzu
Aqra t-2 Timotju 3:16. Imbagħad għid: “Taqbel int u tħoss li nistgħu nafdaw dak kollu li tgħidilna l-Bibbja? [Agħti ċans għal tweġiba.] Dan l-artiklu jiddiskuti dwar jekk l-arkeoloġija u l-istorja sekulari jappoġġawx dak li tgħid il-Bibbja dwar l-Eġittu tal-qedem.” Uri l-artiklu li jibda f’paġna 15.