LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 4/11 p. 1
  • Se Tingħata Xhieda Qawwija

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Se Tingħata Xhieda Qawwija
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2011
  • Materjal Simili
  • Agħtuhom Merħba!
    Il-Ministeru tas-Saltna—2013
  • Kif Nistgħu Ngħinu lil Dawk li Jattendu t-Tifkira?
    Il-Ministeru tas-Saltna—2008
  • Nilqgħu lill-​mistidnin tagħna
    Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2016
  • Roddu Ħajr lil Ġeħova għall-Qalb Tajba bl-Imħabba Tiegħu
    Il-Ministeru tas-Saltna—2005
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2011
km 4/11 p. 1

Se Tingħata Xhieda Qawwija

1. Minbarra t-​taħdita, x’hemm iktar li jistaʼ jimpressjona lill-​viżitaturi fit-​Tifkira? Spjega.

1 Meta? Fil-​lejla tat-​Tifkira. Sar ħafna sforz biex nistiednu lin-​nies ħalli jattendu magħna. Dak li l-​viżitaturi jisimgħu mhuwiex l-​unika ħaġa li tistaʼ timpressjonahom. Wara li attendiet it-​Tifkira, mara b’mod speċifiku kkummentat fuq dak li rat—il-​fatt li kulħadd kien dħuli u li l-​bini kien wieħed nadif u mill-​isbaħ, mibni u miżmum tajjeb minn volontieri. Għalhekk, ilkoll kemm aħna, mhux biss il-​kelliemi, għandna sehem f’li nagħtu xhieda f’din l-​okkażjoni l-​iktar importanti tas-​sena.—Efes. 4:16.

2. Kull wieħed u waħda minna kif jistaʼ jagħti xhieda lill-​viżitaturi?

2 Ilqaʼ lill-​Viżitaturi mill-​Qalb: Tbissima mill-​qalb flimkien maʼ tislima dħulija se jagħtu xhieda lill-​viżitaturi. (Ġw. 13:35) Anke jekk ma tistax titkellem maʼ kulħadd, xorta waħda tistaʼ tintroduċi lilek innifsek b’mod dħuli man-​nies li huma ħdejk. (Ebr. 13:1, 2) Oqgħod għassa għal dawk il-​viżitaturi li jidhru li ma jafu ’l ħadd. X’aktarx irċivew invit matul il-​kampanja. Tistaʼ tistaqsihom, “Din l-​ewwel darba li attendejt?” Stidinhom joqogħdu bilqiegħda ħdejk, u offri li twieġeb kwalunkwe mistoqsija li jaf ikollhom. Jekk il-​kongregazzjoni tiegħek ikollha titlaq malajr ħalli oħra tkun tistaʼ tuża s-​sala, int tistaʼ tgħid: “Nixtieq inkun naf x’deherlek mill-​programm. Nistgħu nerġgħu niltaqgħu?”

3. Kif nistgħu nagħtu merħba lil dawk inattivi?

3 Agħti Merħba lil Dawk Inattivi: X’aktarx xi pubblikaturi inattivi se jattendu, inkluż xi wħud li jissieħbu mal-​kongregazzjoni darba biss kull sena fit-​Tifkira. Agħtihom merħba, u urihom li int ġenwinament ferħan li qed tarahom. (Rum. 15:7) L-​anzjani jistgħu jgħaddulhom id-​dar ftit żmien wara biex iħeġġuhom jibqgħu jissieħbu mal-​kongregazzjoni. Hija x-​xewqa tagħna li ħafna minn dawk li jattendu jiġu mqanqlin ifaħħru lil Alla, mhux biss minħabba dak li jisimgħu imma wkoll ‘minħabba l-​għemejjel tajbin tagħna li jaraw b’għajnejhom stess.’—1 Pt. 2:12.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja