“Ħa Jitqaddes Ismek”
1. X’inhi t-tema tal-programm tal-assemblea tas-circuit għas-sena taʼ servizz 2012, u x’inhi l-bażi tagħha?
1 Kemm aħna privileġġati li nġorru l-isem tas-Sovran Universali, Ġeħova! Kien Alla nnifsu li tana ismu biex inġorruh, u speċjalment mis-sena 1931, bħala Xhieda taʼ Ġeħova, ġejna identifikati bl-isem distintiv taʼ Ġeħova. (Is. 43:10) L-Iben uniġenitu t’Alla, Ġesù, kellu l-akbar rispett għal isem Alla u tah l-ewwel post fit-talba mudell tiegħu. (Mt. 6:9) Il-kliem taʼ Ġesù jipprovdi l-bażi għat-tema tal-programm tal-assemblea tas-circuit tagħna għas-sena taʼ servizz 2012. It-tema hi “Ħa Jitqaddes Ismek.”
2. Liema informazzjoni nistgħu nħarsu ’l quddiem lejha?
2 Dak li Se Nisimgħu: Nhar is-Sibt, it-taħdita “Agħmlu Isem Alla Magħruf Bħala Qaddejja Full-Time” se tiddiskuti għala s-servizz full-time hu mod taʼ ħajja premjanti. Se nisimgħu wkoll is-serje taʼ taħditiet “Oqogħdu Attenti li Ma Ġġibux Tmaqdir fuq Isem Ġeħova,” li se tgħinna nevitaw li ninqabdu f’erbaʼ nases. Il-mistoqsijiet, X’se jgħinna nippritkaw biż-żelu meta n-nies donnhom juru ftit li xejn interess? u, X’se jgħinna nkunu produttivi u effettivi fil-ministeru tagħna? se jitwieġbu fit-taħdita “Għala Isem Alla Jrid Jitqaddes.” Nhar il-Ħadd se ngawdu serje t’erbaʼ taħditiet dwar kif nistgħu nqaddsu isem Alla bil-ħsibijiet, id-diskors, id-deċiżjonijiet, u l-kondotta tagħna. Uħud ġodda b’mod speċjali se japprezzaw it-taħdita pubblika, “Ġeħova Se Jqaddes l-Isem Kbir Tiegħu f’Armageddon.”
3. Liema privileġġ għandna, u l-programm kif se jgħinna?
3 Ġeħova dalwaqt se jaġixxi biex iqaddes lil ismu. (Eżek. 36:23) Sadanittant, aħna għandna l-privileġġ meraviljuż li nappoġġaw kulma jirrappreżenta l-isem qaddis taʼ Ġeħova. Aħna fiduċjużi li dan il-programm tal-assemblea tas-circuit se jgħin lil kull wieħed minna jwettaq ir-responsabbiltà serja tagħna bħala wħud li nġorru l-isem t’Alla.