LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 8/11 p. 3
  • “Ħa Jkun li Trid Int”

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • “Ħa Jkun li Trid Int”
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2011
  • Materjal Simili
  • Ħares lill-Kuxjenza Tiegħek
    Il-Ministeru tas-Saltna—2012
  • “Ikel fiż-Żmien Xieraq”
    Il-Ministeru tas-Saltna—2010
  • Il-Kelma t’Alla Tiswa Biex Tgħallem
    Il-Ministeru tas-Saltna—2013
  • Ismaʼ u Obdi
    Il-Ministeru tas-Saltna—2013
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2011
km 8/11 p. 3

“Ħa Jkun li Trid Int”

1. X’inhi t-​tema tal-​programm tal-​jum t’assemblea speċjali għas-​sena taʼ servizz 2012, u għala hu xieraq li nikkunsidraw dan is-​suġġett?

1 Aħna ġejna maħluqin minħabba r-​rieda taʼ Ġeħova. (Riv. 4:11) B’hekk, ikun impossibbli li nwettqu l-​iskop tal-​eżistenza tagħna mingħajr ma nitgħallmu u nagħmlu r-​rieda t’Alla. Dan mhuwiex faċli daqskemm forsi naħsbu, għax irridu niġġieldu tendenza ġewwinija biex nagħmlu “dak li jridu l-​laħam u l-​ħsibijiet” jew biex nagħmlu “r-​rieda tal-​ġnus.” (Efes. 2:3; 1 Pt. 4:3; 2 Pt. 2:10) Mingħajr l-​għajnuna t’Alla, saħansitra nirriskjaw li nkunu ‘maqbudin [mix-​Xitan] biex nagħmlu r-​rieda tiegħu.’ (2 Tim. 2:26) Il-​programm tal-​jum t’assemblea speċjali għas-​sena taʼ servizz 2012 se jgħin lil kull wieħed minna biex jaħdem fi qbil maʼ waħda mit-​tliet rikjesti prinċipali li għallimna Ġesù biex nitolbu għalihom, jiġifieri, “ħa jkun li trid int.”—Mt. 6:9, 10.

2. Liema mistoqsijiet se jitwieġbu matul il-​programm?

2 Mistoqsijiet li Se Jitwieġbu: Hekk kif tismaʼ l-​programm, fittex għat-​tweġibiet għal dawn il-​mistoqsijiet: X’hemm importanti daqs li nisimgħu l-​Kelma t’Alla? Kif nistgħu nkomplu nagħrfu x’inhi r-​rieda t’Alla għalina? Għala għandna bżonn inkunu lesti ngħinu lil kull xorta taʼ nies? Kif nistgħu nsibu ħajja produttiva u sodisfaċenti? Żgħażagħ, x’għandkom turuh lil Ġeħova? Liema barkiet jiġu jekk nagħmlu r-​rieda t’Alla? Għala hu urġenti li nibnu u ninkuraġġixxu lil oħrajn?

3. Kif nistgħu nibbenefikaw bis-​sħiħ minn dan il-​provvediment spiritwali?

3 Kun ċert li tattendi u li toqgħod attent ħafna għall-​programm. Rappreżentant minn Betel jew indokratur li jivvjaġġa x’aktarx li se jkun preżenti bħala kelliemi minn barra. Qabel u wara l-​programm, ħossok komdu biex tmur titkellem miegħu u maʼ martu, jekk ikun miżżewweġ. Meta tmur lura d-​dar, issirx “wieħed li jismaʼ u jinsa,” imma rrivedi l-​programm mal-​familja u ddiskutu kif tistgħu taħdmu fi qbil mar-​rieda t’Alla iktar bis-​sħiħ.—Ġak. 1:25.

4. Għala hu importanti li nagħmlu r-​rieda t’Alla l-​prijorità tagħna?

4 Dalwaqt, dawk li qed isusu wara x-​xewqat tagħhom stess u li jirrifjutaw li jissottomettu ruħhom lejn ir-​rieda taʼ Ġeħova se jinqerdu. (1 Ġw. 2:17) Għaldaqstant, aħna grati li Ġeħova pprepara din l-​informazzjoni f’waqtha biex tgħinna nagħmlu r-​rieda t’Alla l-​prijorità tagħna!

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja