Eżempji taʼ Preżentazzjonijiet
Biex Nibdew Studji tal-Bibbja fl-Ewwel Sibt taʼ Settembru
“Taħseb li Alla għandu skop għall-art?” Agħti ċans għal tweġiba. Imbagħad lill-inkwilin agħtih kopja tat-Torri tal-Għassa Lulju-Settembru, u kkunsidraw flimkien il-materjal taħt l-ewwel sottitlu f’paġna 24 u minn tal-inqas waħda mill-iskritturi ċitati. Offri r-rivisti, u ftiehem biex tmur lura ħalli tiddiskutu l-mistoqsija li jmiss.
It-Torri tal-Għassa Lulju-Settembru
“Hemm opinjonijiet differenti dwar Ġesù. Tqisu int bħala l-iben t’Alla jew sempliċement bħala bniedem tajjeb?” Agħti ċans għal tweġiba. Imbagħad flimkien aqraw il-materjal taħt waħda mill-mistoqsijiet b’tipa skura f’paġni 16-17 u waħda mill-iskritturi ċitati. Offri r-rivisti, u ftiehem biex tmur lura ħalli tikkunsidraw it-tweġiba għall-mistoqsija li jmiss.
Stenbaħ! Lulju-Settembru
“Ħafna nies illum jaħsbu li Alla hu kullimkien u f’kollox. Int x’taħseb? [Agħti ċans għal tweġiba.] Innota x’tgħid il-Bibbja dwar din il-mistoqsija. [Aqra l-1 Slaten 8:30, 39.] Din ir-rivista tgħinna nifhmu kif Alla jistaʼ jkun konxju taʼ x’inhu jiġri mill-‘post stabbilit fejn jgħammar.’” Enfasizza l-artiklu f’paġna 24.