LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 10/11 p. 2
  • Iżżommx Lura

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Iżżommx Lura
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2011
  • Materjal Simili
  • Żgħażagħ—Ħudu Vantaġġ mill-Iskola
    Il-Ministeru tas-Saltna—1998
  • Lesti Wliedek?
    Il-Ministeru tas-Saltna—2011
  • L-Ingaġġar Fl-Iskola Tal-Ministeru Teokratiku
    Il-Ministeru tas-Saltna—1996
  • L-Iskola tal-Ministeru Teokratiku għall-2002
    Il-Ministeru tas-Saltna—2001
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2011
km 10/11 p. 2

Iżżommx Lura

1. X’hemm bżonn biex tagħti xhieda fl-​iskola, u għala?

1 Ġieli żammejt lura milli tagħti xhieda fl-​iskola minħabba li bżajt li se tiġi mwaqqaʼ għaċ-​ċajt? Żgur li teħtieġ il-​kuraġġ biex tibda konversazzjoni, speċjalment jekk tistħi. X’se jgħinek?

2. Kif nistgħu nużaw l-​għaqal meta nagħtu xhieda fl-​iskola?

2 Uża l-​Għaqal: Għalkemm b’mod xieraq l-​iskola tistaʼ titqies bħala t-​territorju persunali tiegħek, ftakar li mhux mistenni minnek li tibda konversazzjonijiet spiritwali maʼ kulħadd bħal meta tkun qed tipprietka minn dar għal dar. Uża l-​għaqal biex tiddeċiedi meta titkellem. (Ekk. 3:1, 7) Is-​suġġett taʼ diskussjoni fil-​klassi jew xi inkarigu tal-​iskola għandu mnejn jagħtik opportunità biex tesprimi l-​fidi tiegħek. Jew student sieħbek forsi jistaqsik għala ma tiħux sehem f’ċerti attivitajiet. Xi Kristjani informaw lill-​għalliema tagħhom fil-​bidu tas-​sena skolastika li huma Xhieda taʼ Ġeħova u taw lill-​għalliema letteratura li tispjega t-​twemmin tagħna. Oħrajn ħallew xi letteratura fuq id-​desk tagħhom sabiex sħabhom tal-​iskola jistaqsuhom dwarha.

3. Kif tistaʼ tipprepara biex tagħti xhieda fl-​iskola?

3 Kun Preparat: Jekk tipprepara, se tħossok iktar kunfidenti. (1 Pt. 3:15) Għalhekk, ipprova aħseb minn qabel dwar mistoqsijiet li jistgħu jistaqsuk, u aħseb dwar kif tistaʼ twieġeb. (Prov. 15:28) Jekk inhu possibbli, l-​iskola ħalli l-​Bibbja tiegħek u ftit pubblikazzjonijiet, bħall-​ktieb Reasoning, il-​kotba Iż-​Żgħażagħ Jistaqsu, u xi letteratura dwar il-​ħolqien, sabiex tkun tistaʼ tużahom meta jkollok bżonn. Staqsi lill-​ġenituri tiegħek biex jinkludu sessjonijiet taʼ prattika matul il-​qima tal-​familja.

4. Għala għandek tkompli tagħti xhieda l-​iskola?

4 Kun Pożittiv: Tassumix li sħabek tal-​iskola dejjem se jwaqqgħuk għaċ-​ċajt meta ssemmi l-​verità. X’aktarx li xi wħud se jammirawk għall-​kuraġġ tiegħek u għandhom mnejn saħansitra jagħtu widen. Taqtax qalbek jekk ħadd ma jwieġeb favorevolment. Ġeħova se jieħu pjaċir li pprovajt. (Ebr. 13:15, 16) Kompli itolbu biex jgħinek ‘tibqaʼ titkellem bil-​qlubija kollha.’ (Atti 4:29; 2 Tim. 1:7, 8) Min jaf kemm tkun ferħan meta xi ħadd jagħti widen! Dan l-​individwu għandu mnejn jingħaqad miegħek f’li taqdi lil Ġeħova.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja