Eżempji taʼ Preżentazzjonijiet
Biex Tibda Studji tal-Bibbja fl-Ewwel Sibt taʼ Marzu
“F’dawn iż-żminijiet diffiċli, ilkoll niffaċċjaw sfidi li jagħmlu pressjoni fuq il-familji. Fejn taħseb li nistgħu nsibu gwida taʼ min joqgħod fuqha biex tgħinna nagħmlu l-ħajja tal-familja tagħna waħda hienja?” [Agħti ċans għal tweġiba.] Imbagħad agħti kopja tat-Torri tal-Għassa taʼ Jannar-Marzu lill-inkwilin, u flimkien ikkunsidraw il-materjal taħt wieħed mis-sottitli f’paġni 16 u 17 u aqraw imqar waħda mill-iskritturi ċitati. Offri r-rivisti, u ftiehem biex tmur lura u tiddiskuti waħda mill-mistoqsijiet l-oħrajn.
It-Torri tal-Għassa Jannar-Marzu
Uri l-qoxra tar-rivista, u staqsi, “Int kif kont tħossok kieku sirt taf li gidbulek dwar Alla? [Agħti ċans għal tweġiba.] Innota x’qal Ġesù dwar il-mod kif nagħrfu l-verità mill-gideb. [Aqra Ġwanni 17:17.] B’hekk, il-Bibbja biss tgħidilna l-verità dwar Alla. Din ir-rivista tiddiskuti ħames gidbiet komuni li tikxef il-Bibbja dwar Alla.”
Stenbaħ! Jannar-Marzu
“Jekk inħarsu mill-qrib u b’mod imparzjali lejn l-univers madwarna, għal liema konklużjoni taħseb li se naslu—li hemm Ħallieq jew li kollox seħħ b’kumbinazzjoni? [Agħti ċans għal tweġiba.] Innota għal liema konklużjoni wasal wieħed kittieb tal-Bibbja meta ħares lejn l-univers. [Aqra Rumani 1:20.] Din ir-rivista tispjega dak li skoprew xi xjenzati dwar iċ-ċellula umana u dan jitfaʼ dawl fuq din il-kwistjoni.”