Eżempji taʼ Preżentazzjonijiet
Biex Tibda Studji tal-Bibbja fl-Ewwel Sibt taʼ Jannar
“Nixtiequ nitolbu l-opinjoni tiegħek. X’taħseb li hu l-isem persunali t’Alla? [Agħti ċans għal tweġiba.] Innota x’naqraw hawnhekk.” Agħti lill-inkwilin It-Torri tal-Għassa taʼ Jannar-Frar, ipponta lejn l-artiklu fuq il-qoxra taʼ wara, u flimkien ikkunsidraw il-materjal taħt l-ewwel sottitlu u minn tal-inqas waħda mill-iskritturi. Offri r-rivisti, u ftiehem biex tmur lura ħalli tiddiskutu l-mistoqsija li jmiss.
It-Torri tal-Għassa Jannar-Frar
“Ħafna nies qed jitkellmu dwar l-aħħar tad-dinja. Taħseb li hi xi ħaġa li għandna nibżgħu minnha l-aħħar tad-dinja? [Agħti ċans għal tweġiba.] Skont dan, se jkun hemm min isalva. [Aqra l-1 Ġwanni 2:17.] Din ir-rivista tagħti t-tweġibiet tal-Bibbja għal erbaʼ mistoqsijiet komuni dwar tmiem id-dinja.”
Stenbaħ! Jannar-Frar
“Qed inżuru l-familji biex naqsmu magħhom xi informazzjoni t’għajnuna. Taħseb li huwa importanti għall-familji li jipprattikaw dan il-kliem taʼ Ġesù? [Aqra Atti 20:35b. Imbagħad agħti ċans għal tweġiba.] Jistaʼ jkun verament taʼ sfida li tgħallem lit-tfal ma jkunux egoisti f’dinja fejn ħafna donnhom jaħsbu biss fihom infushom. Dan l-artiklu jsemmi xi modi prattiċi kif il-ġenituri jistgħu jrabbu lil uliedhom biex ikunu qalbhom tajba m’oħrajn.”