Eżempji taʼ Preżentazzjonijiet
Biex Tibda Studji tal-Bibbja fl-Ewwel Sibt t’April
“Il-magħmudija hi komuni fost ħafna Kristjani. Int x’taħseb? Taħseb li l-magħmudija hi importanti? [Agħti ċans għal tweġiba.] Dan l-artiklu fih xi punti interessanti.” Agħti lill-inkwilin it-Torri tal-Għassa taʼ April-Ġunju, u flimkien ikkunsidraw il-materjal taħt l-ewwel sottitlu f’paġna 16 u minn tal-inqas aqra waħda mill-iskritturi. Offri r-rivisti u ftiehem biex tmur lura u tiddiskuti l-mistoqsija li jmiss.
It-Torri tal-Għassa April-Ġunju
“Hemm diversi opinjonijiet dwar Ġesù. Xi wħud jaħsbu li kien il-Messija mwiegħed. Oħrajn tal-opinjoni li hu kien sempliċement raġel sewwa. Jerġaʼ oħrajn jemmnu li qatt ma eżista. X’inhi l-opinjoni tiegħek? [Agħti ċans għal tweġiba.] Skont il-Bibbja, hu importanti li nkunu nafu l-verità dwaru. [Aqra Ġwanni 17:3.] Din ir-rivista tagħti t-tweġibiet tal-Bibbja għal xi mistoqsijiet komuni dwar Ġesù.”
Stenbaħ! April-Ġunju
“It-tixħim, flus minn taħt, u forom oħra taʼ diżonestà saru xi ħaġa komuni fid-dinja tan-negozju. Xi wħud iħossu li ċertu ammont taʼ diżonestà hu bżonjuż sabiex tirnexxi. Int x’taħseb? [Agħti ċans għal tweġiba.] Innota dan il-proverbju li fih x’tomgħod. [Aqra Proverbji 20:17.] Din ir-rivista tispjega għala hu prattiku li tkun onest.”