Eżempji taʼ Preżentazzjonijiet
Biex Tibda Studji tal-Bibbja fl-Ewwel Sibt t’April
“Qed inħeġġu lin-nies biex jaqraw il-Bibbja tagħhom. Imma ħafna nies iħossu li l-Bibbja hi diffiċli biex tifhimha. Int hekk tħossok? [Agħti ċans għal tweġiba.] Innota x’hawn miktub hawnhekk.” Uri l-aħħar paġna tat-Torri tal-Għassa taʼ Marzu-April, u flimkien ikkunsidraw il-materjal taħt l-ewwel mistoqsija u minn tal-inqas waħda mill-iskritturi ċitati. Offri r-rivisti, u rranġa biex terġaʼ żżuru ħalli tiddiskuti l-mistoqsija li jmiss.
It-Torri tal-Għassa Marzu-April
“Nixtiequ l-opinjoni tiegħek dwar xi ħadd li hu rispettat ferm mill-Kristjani, mil-Lhud, kif ukoll mill-Musulmani. Qed nitkellmu dwar Mosè. X’inhi l-ewwel ħaġa li tiġik f’moħħok meta tismaʼ ismu? [Agħti ċans għal tweġiba.] Għalkemm għamel xi żbalji, huwa interessanti kif il-Bibbja tiddeskrivi lil Mosè. [Aqra Dewteronomju 34:10-12.] Din ir-rivista tikkunsidra tlieta mill-kwalitajiet tajbin tiegħu u kif nistgħu nimitawh.”
Stenbaħ! Marzu-April
“Huwa komuni llum il-ġurnata li n-nies jemigraw lejn pajjiż ieħor biex isibu ħajja aħjar. Taħseb li dejjem isibu dak li jixtiequ? [Agħti ċans għal tweġiba.] L-emigrazzjoni mhix xi ħaġa ġdida. Innota dan l-eżempju fl-ewwel ktieb tal-Bibbja. [Aqra Ġenesi 46:5, 6.] Din ir-rivista teżamina dawn il-mistoqsijiet.” Uri lill-inkwilin il-mistoqsijiet fi tmiem paġna 6.