The Wonders of Creation Reveal God’s Glory
Ħafna nies jaffaxxinaw ruħhom iħarsu lejn il-ħolqien. Iżda ftit jirrealizzaw li l-ħolqien jikxef ħafna dwar il-ħsibijiet u l-emozzjonijiet tal-Ħallieq Grandjuż tagħna. (Rum. 1:20) Żmien twil ilu, David tgħallem dwar Ġeħova permezz tal-Kelma Ispirata Tiegħu. Imma wkoll hu ‘ra’ u resaq qrib Lejh permezz tal-ħolqien. (Salm 8:3, 4) Id-DVD bit-titlu The Wonders of Creation Reveal God’s Glory jgħin kemm lilna, kemm lil uliedna, u kemm lill-istudenti tal-Bibbja li nistudjaw magħhom biex nagħtu ħarsa mill-qrib lejn ftit mill-ħolqien taʼ Ġeħova, biex naraw il-personalità tal-Ħallieq Grandjuż tagħna, u b’riżultat taʼ dan nersqu eqreb lejh. Wara li tkun rajt dan id-DVD, ara jekk tistax twieġeb il-mistoqsijiet li ġejjin.
(1) Id-daqs u l-ordni tal-univers fiżiku, kif ikabbarlek l-apprezzament tiegħek lejn Ġeħova? (Is. 40:26) (2) Meta nagħtu ħarsa iktar mill-qrib lejn l-ilma, x’nistgħu nitgħallmu dwar Dak li ddisinjah? (Riv. 14:7) (3) Id-daqs tad-dinja u d-distanza tagħha mix-xemx, kif juru l-għerf taʼ Ġeħova? (4) Il-qamar għal liema skop iservi? (Salm 89:37) (5) Ġeħova kif ħalaq lill-bnedmin b’tali mod li jkunu jistgħu jgawdu l-ħajja? (6) X’inhu d-DNA? (Salm 139:16) (7) Il-bnedmin kif inhuma differenti mill-ħolqien kollu li hawn fuq l-art? (Ġen. 1:26) (8) Int lejn xiex tħares ’il quddiem fid-dinja l-ġdida?
Extra Features: (9) Minn fejn jiġu l-kuluri? (10) L-ilma kif jegħleb il-gravità sabiex jilħaq il-qċaċet tas-siġar? (11) Liema rwol għandu l-ilma f’ġisimna? (12) Agħti xi eżempji tal-armonija li hemm bejn l-affarijiet ħajjin. (13) Il-ħlejjaq kif jafu li għandhom jaħdmu flimkien? (14) X’inhu l-“golden angle,” u kif jintwera fil-ħolqien?
“Osservaw bir-Reqqa” Xogħol Idejn Ġeħova: Ġesù inkuraġġiena biex ‘nosservaw bir-reqqa l-għasafar tas-semaʼ u biex ‘nitgħallmu lezzjoni mill-ġilji tar-raba2201.’ (Mt. 6:26, 28) Billi nagħmlu dan, se nkabbru l-fidi tagħna, se jkollna iktar fiduċja fil-Ħallieq, u se nibnu l-apprezzament tagħna għall-għerf taʼ Ġeħova, għall-qawwa li għandu biex isalvana, u għall-imħabba tiegħu. Minflok ma nħallu lilna nfusna niġu distratti bla bżonn mill-affarijiet taʼ din id-dinja, ejja nagħmlu l-ħin u l-isforz biex nosservaw il-meravilji tal-ħolqien taʼ Ġeħova u nirriflettu fuq dak li jgħidilna dwar Alla tagħna.—Salm 19:1.