Ġeħova juża l-ħolqien biex juri li jħobbna. B’hekk nistgħu nkunu ċerti li hu jrid iberikna bil-kbir għall-isforzi li nagħmlu biex naqduh
GĦIX BĦALA KRISTJAN
Il-Ħolqien Juri l-Imħabba t’Alla
Tant kemm ikollna x’nagħmlu fil-ħajja taʼ kuljum, li ġieli ma niqfux naħsbu dwar kif il-ħolqien juri l-imħabba u l-ġenerożità taʼ Ġeħova. Imma Ġesù qalilna biex inħarsu lejn il-ħolqien u naraw x’jgħallimna dwar Ġeħova.—Mt 6:25, 26.
ARA L-VIDJOW IL-ĦOLQIEN JURI L-IMĦABBA TAʼ ĠEĦOVA, U MBAGĦAD WIEĠEB IL-MISTOQSIJIET LI ĠEJJIN:
X’tgħallimt dwar l-imħabba taʼ Ġeħova għalina . . .
mill-elementi li hawn fid-dinja?
mill-atmosfera tad-dinja?
mill-ħaxix?
minn kif inhuma magħmulin l-annimali?
mill-ħames sensi tagħna?
minn kif inhu magħmul moħħna?