LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 11/13 p. 1
  • Ħu Bħala Mudell lill-Profeti—Ħosea

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ħu Bħala Mudell lill-Profeti—Ħosea
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2013
  • Materjal Simili
  • Il-Profezija taʼ Hosegħa Tgħinna Nimxu m’Alla
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
  • Punti Prinċipali mill-Ktieb taʼ Hosegħa
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
  • Imxi m’Alla, u Aħsad it-Tajjeb
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
  • “Il-Mulej it-Triqat Tiegħu Dritti”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2013
km 11/13 p. 1

Ħu Bħala Mudell lill-Profeti—Ħosea

1. Liema mistoqsija għandek mnejn staqsejt lilek innifsek?

1 ‘Jien liema sagrifiċċji lest li nagħmel għal Ġeħova?’ Għandek mnejn staqsejt lilek innifsek din il-​mistoqsija meta kont qed timmedita fuq kemm Alla juri qalb tajba u ħniena. (Salm 103:2-​4; 116:12) Ħosea minn qalbu għamel dak li Ġeħova kkmandah jagħmel, avolja dan kien jinvolvi sagrifiċċju persunali. Kif nistgħu nimitaw lil Ħosea?

2. Kif nistgħu nimitaw l-​eżempju mill-​aħjar taʼ Ħosea li ma qatax qalbu fl-​ippritkar?

2 Ipprietka fi Żmien taʼ Inkwiet: Il-​messaġġ taʼ Ħosea kien indirizzat primarjament lis-​saltna taʼ Iżrael b’għaxar tribujiet, fejn il-​qima vera kienet kważi spiċċat għalkollox. Is-​Sultan Ġerobogħam II għamel dak li hu ħażin f’għajnejn Ġeħova u żamm il-​qima tal-​għoġol li kien bdieha Ġerobogħam I. (2 Slat. 14:23, 24) Is-​slaten li ġew wara komplew jgħarrqu l-​ispiritwalità tas-​saltna b’għaxar tribujiet sakemm fl-​aħħar inqerdet fis-​sena 740 Q.E.K. Però, minkejja li l-​qima falza kienet qed tiżdied, Ħosea qeda lealment bħala profeta minn tal-​inqas għal 59 sena. Determinati aħna bl-​istess mod biex nippritkaw sena wara l-​oħra, anki meta niffaċċjaw apatija jew oppożizzjoni?—2 Tim. 4:2.

3. Il-​ħajja taʼ Ħosea kif uriet il-​ħniena taʼ Ġeħova?

3 Iffoka fuq il-​Ħniena taʼ Ġeħova: Ġeħova qal lil Ħosea biex jiżżewweġ “mara li se tiżni.” (Ħos. 1:2) Għalkemm martu, Gomer, wilditlu iben, milli jidher iktar tard wildet żewġt itfal mhux minn taʼ Ħosea. Il-​fatt li Ħosea kien lest li jaħfer lil martu wera l-​ħniena kbira taʼ Ġeħova lejn Iżrael diżubbidjenti meta nidmu. (Ħos. 3:1; Rum. 9:22-​26) Lesti aħna nwarrbu preferenzi persunali sabiex inxandru l-​ħniena taʼ Ġeħova lin-​nies taʼ kull xorta?—1 Kor. 9:19-​23.

4. Liema huma xi sagrifiċċji li għandna mnejn nagħmlu għal Ġeħova?

4 Xi qaddejja taʼ Ġeħova ssagrifikaw karrieri li jrendu ħafna biex jiddedikaw iktar ħin għall-​ministeru. Oħrajn baqgħu ma żżewġux jew mingħajr tfal biex jagħmlu iktar fis-​servizz taʼ Ġeħova. Meta nimmeditaw dwar il-​ħajja taʼ Ħosea, għandna mnejn naħsbu bejnna u bejn ruħna, ‘Jien qatt ma jirnexxili nagħmel bħalu.’ Madankollu, hekk kif jikber l-​apprezzament tagħna għall-​qalb tajba mhix mistħoqqa taʼ Ġeħova u nistrieħu fuq l-​ispirtu qaddis tiegħu għas-​saħħa, nistgħu nintużaw minnu b’modi li qatt ma ħsibna li kienu possibbli, eżatt bħalma ntuża Ħosea.—Mt. 19:26; Flp. 2:13.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja