LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w07 9/15 p. 14-p. 17 para. 8
  • Punti Prinċipali mill-Ktieb taʼ Hosegħa

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Punti Prinċipali mill-Ktieb taʼ Hosegħa
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • “ĦU B’MARTEK MARA ŻIENJA”
  • (Hosegħa 1:1–​3:5)
  • “IL-​MULEJ GĦANDU KAWŻA”
  • (Hosegħa 4:1–​14:1 [4:1–13:​16, NW])
  • “IL-​MULEJ IT-​TRIQAT TIEGĦU DRITTI”
  • (Hosegħa 14:​2-10 [14:​1-9, NW])
  • Il-Profezija taʼ Hosegħa Tgħinna Nimxu m’Alla
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
  • Imxi m’Alla, u Aħsad it-Tajjeb
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
  • Ħu Bħala Mudell lill-Profeti—Ħosea
    Il-Ministeru tas-Saltna—2013
  • “Il-Mulej it-Triqat Tiegħu Dritti”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
w07 9/15 p. 14-p. 17 para. 8

Il-​Kelma taʼ Ġeħova Hi Ħajja

Punti Prinċipali mill-​Ktieb taʼ Hosegħa

IL-​QIMA vera kważi sparixxiet mis-​Saltna taʼ Iżrael b’għaxar tribujiet fit-​tramuntana. Taħt il-​ħakma taʼ Ġerobogħam II, hemm il-​prosperità materjali f’Iżrael, imma din malajr tonqos wara mewtu. Dak li jiġi wara hu perijodu taʼ inkwiet u nuqqas taʼ stabbiltà politika. Erbgħa mis-​sitt slaten li jiġu wara jinqatlu. (2 Slaten 14:29; 15:​8-​30; 17:​1-6) Il-​karriera profetika taʼ Hosegħa li damet 59 sena u li bdiet fis-​sena 804 Q.E.K., tkopri dan iż-​żmien taʼ taqlib.

Is-sentimenti taʼ Ġeħova lejn il-​ġens diżubbidjenti taʼ Iżrael jidhru ċar minn dak li jseħħ fiż-​żwieġ taʼ Hosegħa. Is-​suġġetti tal-​messaġġ taʼ Hosegħa huma l-​kxif taʼ l-​iżball taʼ Iżrael u l-​ġudizzji profetiċi kontrih u kontra s-​saltna taʼ Ġuda. Billi juża kliem teneru u sensittiv li hu qawwi u ċar, Hosegħa jikteb dan kollu fi ktieb li jġib ismu. Bħala parti mill-​Kelma ispirata t’Alla, il-​messaġġ tiegħu hu ħaj u qawwi.—Ebrej 4:12.

“ĦU B’MARTEK MARA ŻIENJA”

(Hosegħa 1:1–​3:5)

Ġeħova jgħid lil Hosegħa: “Mur, ħu b’martek mara żienja.” (Hosegħa 1:2) Hosegħa jobdi u jkollu iben minn Gomer. Iż-​żewġt itfal li jkollha wara evidentement huma illeġittimi. It-​tifsir taʼ isimhom, Lo-ruħama u Lo-għammi, jirreferi għall-​fatt li Ġeħova jżomm lura milli juri ħniena lejn Iżrael u jiċħad lill-​poplu mhux leali tiegħu.

Kif iħossu fil-​fatt Ġeħova dwar il-​poplu ribelluż tiegħu? Hu jgħid lil Hosegħa: “Erġaʼ mur, u ħobb il-​mara, maħbuba minn żewġha, li ħallietu biex tingħaqad maʼ rġiel oħra; l-​istess kif il-​Mulej iħobb ’l ulied Iżrael, għalkemm huma jduru lejn allat oħra.”—Hosegħa 3:1.

Mistoqsijiet Skritturali Mweġbin:

1:1​—Hosegħa għala jsemmi lill-​erbaʼ slaten li ħakmu fuq Ġuda matul il-​ministeru tiegħu waqt li jsemmi biss ħakkiem wieħed taʼ Iżrael? Dan hu minħabba li s-​slaten li ġew mil-​linja tal-​familja taʼ David biss kienu rikonoxxuti bħala l-​ħakkiema bi dritt tal-​poplu magħżul t’Alla. Is-​slaten tas-​saltna tat-​tramuntana ma kinux mil-​linja taʼ dixxendenza taʼ David, imma dawk taʼ Ġuda kienu.

1:​2-9​—Veru li Hosegħa ħa mara żienja? Iva, Hosegħa fil-​fatt iżżewweġ mara li iktar tard saret adultera. Il-​profeta ma jgħid xejn biex jindika li dak li qal dwar il-​ħajja tal-​familja tiegħu kien ħolma jew viżjoni.

1:7​—Id-​dar taʼ Ġuda meta ntweriet ħniena u ġiet salvata? Dan seħħ fis-​sena 732 Q.E.K., fi żmien is-​Sultan Ħeżekija. Dak iż-​żmien, Ġeħova temm it-​theddida li l-​Assirja għamlet lil Ġerusalemm billi qabbad anġlu biex joqtol 185,000 suldat mill-​forzi armati taʼ l-​għadu f’lejl wieħed. (2 Slaten 19:​34, 35) B’hekk, Ġeħova ħeles lil Ġuda, mhux “bil-​qaws, jew bis-​sejf, jew bil-​lanza, jew biż-​żiemel, jew bir-​rikkieba,” imma permezz t’anġlu.

2:​1, 2 (1:​10, 11, NW)​—Ladarba s-​saltna taʼ Iżrael fit-​tramuntana waqgħet fis-​sena 740 Q.E.K., kif setgħu wlied Iżrael “jinġemgħu flimkien” maʼ wlied Ġuda? Ħafna wħud mis-​saltna tat-​tramuntana kienu marru Ġuda qabel ma l-​abitanti taʼ l-​art taʼ Ġuda ttieħdu fil-​jasar lejn Babilonja fis-​sena 607 Q.E.K. (2 Kronaki 11:​13-17; 30:​6-12, 18-20, 25) Meta l-​eżiljati Lhud irritornaw lejn pajjiżhom fis-​sena 537 Q.E.K., id-​dixxendenti taʼ dawk li kienu mis-​saltna taʼ Iżrael fit-​tramuntana kienu fost l-​uħud li rritornaw.—Esdra 2:70.

2:​23-​25 (2:​21-23, NW)​—X’kien imbassar minn kliem Ġeħova: “Niżirgħu [lil Ġeżragħel] għalija fl-​art, u [inħobbu]”? L-​isem taʼ l-​ewwel imwieled taʼ Hosegħa minn Gomer kien Ġeżragħel. (Hosegħa 1:​2-4) It-​tifsir taʼ ismu, “Alla Se Jiżraʼ ż-​Żerriegħa,” iħabbar il-​ġbir taʼ Ġeħova tal-​fdal leali fis-​sena 537 Q.E.K. u l-​fatt li jiżragħhom bħal żerriegħa f’Ġuda. Kien meħtieġ li l-​art li kienet ilha ħerba għal 70 sena issa tibda tipproduċi qamħ, inbid ħelu, u żejt. B’mod poetiku, il-​profezija tgħid li dawn l-​affarijiet tajbin kienu se jitolbu lill-​art biex toħroġ is-​sustanzi tagħha, u l-​art kienet se titlob lis-​sema għax-​xita. Mill-​banda l-​oħra, is-​sema kienet se titlob lil Alla biex jipprovdi s-​sħab tax-​xita. Dan kollu kien se jkun għall-​iskop li jieħu ħsieb b’abbundanza l-​bżonnijiet tal-​fdal li jerġaʼ lura. L-​appostlu Pawlu u Pietru japplikaw Hosegħa 2:25 (2:​23, NW) għall-​ġbir tal-​fdal taʼ Iżrael spiritwali.—Rumani 9:​25, 26; 1 Pietru 2:​10.

Lezzjonijiet Għalina:

1:​2-9; 3:​1, 2. Aħseb dwar is-​sagrifiċċju persunali li għamel Hosegħa billi baqaʼ fi żwieġ fi qbil mar-​rieda divina! Meta niġu biex nagħmlu r-​rieda t’Alla, sa liema punt aħna lesti li nċedu l-​preferenzi persunali?

1:​6-9. Ġeħova jobgħod l-​adulterju spiritwali, sewwasew bħalma jobgħod l-​adulterju fiżiku.

1:​7; 2:​1, 2; 2:​16-25 (1:​7, 10, 11; 2:​14-​23, NW). Dak li Ġeħova bassar dwar Iżrael u Ġuda twettaq. Il-​kelma taʼ Ġeħova dejjem isseħħ.

2:​18, 21, 23-25 (2:​16, 19, 21-​23, NW), 3:​1-4. Ġeħova hu lest li jaħfer lil dawk li juru ndiema mill-​qalb. (Neħemija 9:17) Bħal Ġeħova aħna għandna nuru mogħdrija u ħniena fil-​mod kif nittrattaw m’oħrajn.

“IL-​MULEJ GĦANDU KAWŻA”

(Hosegħa 4:1–​14:1 [4:1–13:​16, NW])

“Il-​Mulej għandu kawża man-​nies tal-​pajjiż.” Għala? Għaliex “m’hemmx fedeltà u lanqas tjieba; m’hemmx għarfien taʼ Alla fl-​art.” (Hosegħa 4:1) Il-​poplu apostata taʼ Iżrael ħa sehem fis-​serq u t-​tixrid tad-​demm u kkommetta żína fiżika u spiritwali. Minflok ma jdur lejn Alla għall-​għajnuna, “lill-​Eġittu jsejjaħ, u lejn l-​Assirja jmur.”—Hosegħa 7:11.

Ġeħova jiddikjara l-​ġudizzju tiegħu, billi jgħid: “Iżrael inbala’!” (Hosegħa 8:8) Is-​saltna taʼ Ġuda m’hijiex ħielsa mill-​ħtija. “Il-​Mulej għandu xi jgħid maʼ [“Ġuda,” KŻ], jikkastiga lil Ġakobb għal imġibtu, u jroddlu skond għemilu,” jgħid Hosegħa 12:3 (12:​2, NW). Imma r-​restawrazzjoni hija ċerta, għaliex Alla jwiegħed: “Jien neħlishom minn id is-​saltna taʼ l-​imwiet; mill-​mewt nifdihom.”—Hosegħa 13:​14, KŻ.

Mistoqsijiet Skritturali Mweġbin:

6:​1-3​—Min kien qed jgħid: “Imxi ħa nerġgħu lura għand il-​Mulej”? Jistaʼ jkun li l-​Iżraelin żleali kienu qed jinkuraġġixxu lil xulxin biex jerġgħu lura għand Ġeħova. Jekk dan hu minnu, dawn kienu sempliċement qed jagħmlu taʼ bir-​ruħhom li huma nedmin. It-​tjieba tagħhom kienet għomorha qasir u superfiċjali bħas-​“sħab taʼ l-​għodwa . . . [bħan-]nida li tinxtorob kmieni.” (Hosegħa 6:4) Mill-​banda l-​oħra, il-​kelliemi setaʼ kien Hosegħa li beda jitlob li n-​nies jerġgħu lura għand Ġeħova. Kien x’kien il-​każ, is-​saltna taʼ Iżrael b’għaxar tribujiet li kienu diżubbidjenti kellha turi ndiema sinċiera u terġaʼ lura verament lejn Ġeħova.

7:4​—B’liema mod kienu l-​Iżraelin żienja bħal “forn imkebbes”? Dan ix-​xebh juri kemm kienu intensi x-​xewqat mill-​agħar li kellhom f’qalbhom.

Lezzjonijiet Għalina:

4:​1, 6. Jekk irridu nibqgħu approvati minn Ġeħova, aħna rridu nkomplu nieħdu l-​għarfien dwaru u ngħixu skond dak li nitgħallmu.

4:​8b-​13 (4:​9-13, NW). Ġeħova se jitlob kont minn dawk li jipprattikaw l-​immoralità sesswali u li jieħdu sehem f’qima mhux nadifa.—Hosegħa 1:4.

5:1. Dawk li jieħdu t-​tmexxija fost il-​poplu t’Alla għandhom jiċħdu l-​apostasija għalkollox. Inkella jistgħu jħajru lil xi wħud biex jieħdu sehem fil-​qima falza, u b’hekk isiru “nasba” għalihom.

6:​1-4; 7:​14, 16. Tkun xi ħaġa ipokrita u fiergħa li wieħed jindem biss bil-​kliem. Sabiex jintwera ħniena minn Alla, il-​midneb għandu juri ndiema mill-​qalb, u dan jurih billi jdur lura lejn xi ħaġa ‘ogħla,’ jiġifieri, lejn forma taʼ qima elevata. L-​azzjonijiet tiegħu għandhom ikunu fi qbil mal-​livelli għoljin t’Alla.—Hosegħa 7:​16, KŻ.

6:6. Min jipprattika d-​dnub ikun qed juri nuqqas taʼ mħabba leali lejn Alla. Ebda ammont taʼ sagrifiċċji spiritwali ma jistaʼ jpatti għal dan in-​nuqqas.

8:​7, 13; 10:13. Il-​prinċipju li “dak li bniedem jiżraʼ, dak huwa jaħsad” wera li kien minnu fil-​każ taʼ l-​Iżraelin idolatrużi.—Galatin 6:7.

8:8; 9:​17; 14:1 (13:​16, NW). Il-​profeziji dwar is-​saltna tat-​tramuntana seħħew meta l-​belt kapitali, is-​Samarija, ġiet mirbuħa mill-​Assirjani. (2 Slaten 17:​3-6) Nistgħu nkunu fiduċjużi li Alla se jagħmel dak li qal u se jwettaq dak li tkellem dwaru.—Numri 23:19.

8:​14. Ġeħova bagħat “in-​nar fi bliet [Ġuda]” fis-​sena 607 Q.E.K. permezz tal-​Babiloniżi, u b’hekk ġab il-​qerda mbassra fuq Ġerusalemm u l-​art taʼ Ġuda. (2 Kronaki 36:19) Il-​kelma t’Alla ma tistax tfalli.—Ġożwè 23:14.

9:​10. Għalkemm dedikati lill-​Alla l-​veru, l-​Iżraelin “ġew Bagħal-pegħor, u kkonsagraw ruħhom lil dak il-​mistkerrah.” Aħna nkunu għaqlin jekk nieħdu t-​twissija mill-​eżempju ħażin tagħhom u ngħassu kontra li ma nwettqux id-​dedikazzjoni tagħna lil Ġeħova.—1 Korintin 10:11.

10:​1, 2, 12. Aħna għandna nqimu lil Alla b’qalb li m’hijiex ipokrita. Meta ‘niżirgħu għalina l-​ġustizzja, aħna naħsdu l-​frott tat-​tjieba.’

10:5. Bet-awen (li jfisser “Dar l-​Uġigħ”) huwa isem t’għajb li ngħata lil Betel (li jfisser “Dar t’Alla”). Meta l-​idolu għoġol taʼ Bet-awen ittieħed fl-​eżilju, ir-​residenti tas-​Samarija bkew it-​telfa taʼ l-​oġġett taʼ qima tagħhom. Kemm hu fieragħ li poġġew it-​tama tagħhom f’idolu bla ħajja li lanqas biss setaʼ jipproteġi lilu nnifsu!—Salm 135:​15-18; Ġeremija 10:​3-5.

11:​1-4. Ġeħova dejjem jittratta lill-​poplu tiegħu bl-​imħabba. Is-​sottomissjoni lejn Alla qatt ma tkun b’moħqrija.

11:​8-​11; 13:14. Il-​Kelma taʼ Ġeħova rigward ir-​restawrazzjoni tal-​poplu tiegħu għall-​qima vera ‘ma reġgħetx lura għandu vojta.’ (Isaija 55:11) Fis-​sena 537 Q.E.K., l-​eżilju Babiloniż intemm u fdal mar lura Ġerusalemm. (Esdra 2:1; 3:​1-3) Kulma qal Ġeħova permezz tal-​profeti tiegħu żgur li se jseħħ.

12:7 (12:​6, NW). Aħna għandna nkunu determinati b’mod sod li nuru t-​tjieba, jew il-​qalb tajba bl-​imħabba, neżerċitaw il-​ġustizzja, u nittamaw dejjem f’Ġeħova.

13:6. L-​Iżraelin ‘imtlew u xebgħu u tkabbret qalbhom, u nsew [lil Ġeħova].’ Aħna rridu noqogħdu attenti minn kull tendenza li neżaltaw lilna nfusna.

“IL-​MULEJ IT-​TRIQAT TIEGĦU DRITTI”

(Hosegħa 14:​2-10 [14:​1-9, NW])

Hosegħa jitlob bil-​ħrara: “Erġaʼ dur, Iżrael, lejn il-​Mulej Alla tiegħek, għax int tfixkilt minħabba fi ħżunitek.” Hu jħeġġeġ lill-​poplu biex jgħid lil Ġeħova: “Int tneħħi l-​ħażen kollu; ilqaʼ t-​tajjeb, u nroddu frott xufftejna.”—Hosegħa 14:​2, 3 (14:​1, 2, NW).

Midneb li jindem għandu jersaq lejn Ġeħova, jaċċetta l-​mogħdijiet tiegħu, u joffrilu sagrifiċċji taʼ tifħir. Għala? Għaliex “il-​Mulej it-​triqat tiegħu dritti, il-​ġusti jimxu fihom, iżda jitfixklu fihom il-​midinbin.” (Hosegħa 14:10 [14:​9, NW]) Kemm nifirħu li ħafna għad iridu “jersqu jitriegħdu quddiem il-​Mulej, jersqu biex jieħdu l-​ġid tal-​Mulej fil-​jiem li għad iridu jiġu”!—Hosegħa 3:5.

[Stampa f’paġna 15]

Il-​ħajja tal-​familja taʼ Hosegħa tat stampa taʼ kif Ġeħova kien se jittratta maʼ Iżrael

[Stampa f’paġna 17]

Wara l-​waqgħa tas-​Samarija fis-​sena 740 Q.E.K., is-​saltna taʼ Iżrael b’għaxar tribujiet ma baqgħetx teżisti

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja