Aqsam “affarijiet tajbin” m’oħrajn billi tkun ospitabbli (Mt. 12:35a)
Bla dubju kull wieħed u waħda minna jrid jaqsam “affarijiet tajbin” m’oħrajn billi ‘juri dejjem l-ospitalità.’ (Rum. 12:13) Meta kelliemi jżur kongregazzjoni, l-anzjani taʼ dik il-kongregazzjoni għandhom ikunu minn taʼ quddiem f’li juruh ospitalità u wkoll iħallsulu l-ispejjeż tal-vjaġġ. Madankollu, forsi aħna naħsbuha darbtejn biex nuru ospitalità minħabba li ma naffordjawx, jew forsi nħossuna ansjużi għall-fatt li xi ħadd ikun ġej id-dar tagħna. Jekk nieħdu bis-serjetà l-parir li Ġesù ta lil Marta, dan jistaʼ jgħinna negħlbu sentimenti bħal dawn. (Lq. 10:39-42) Hu enfasizza li “l-aħjar sehem,” jiġifieri l-aħjar aspett, tal-ospitalità hija s-sħubija u l-inkuraġġiment, mhux xi ikla elaborata jew tiżjin mill-isbaħ tad-dar. Billi napplikaw dan il-parir, ilkoll nistgħu naqsmu “affarijiet tajbin” maʼ ħutna fi qbil mal-Kelma t’Alla.—3 Ġw. 5-8.