Skeda għall-ġimgħa li tibda 29 taʼ Diċembru
ĠIMGĦA LI TIBDA 29 TAʼ DIĊEMBRU
Għanja 37 u Talba
Studju tal-Bibbja tal-Kongregazzjoni:
cl kap. 18 ¶1-8 (30 min.)
Skola tal-Ministeru Teokratiku:
Qari tal-Bibbja: Ġożwè 12-15 (10 min.)
Reviżjoni tal-Iskola tal-Ministeru Teokratiku (20 min.)
Laqgħa tas-Servizz:
Tema tax-Xahar: Oħroġ “affarijiet tajbin” mit-teżor tajjeb li hu fdat lilek.—Mt. 12:35a.
20 min: Għallem bil-mod il-mod l-“affarijiet tajbin” lill-istudenti tal-Bibbja u t-tfal tagħna. (Mt. 12:35a) Diskussjoni. Uża l-iskritturi li ġejjin biex turi x’inhu mistenni mill-istudenti tal-Bibbja u t-tfal tagħna: L-1 Korintin 13:11; l-1 Pietru 2:2, 3. Spjega xi jfisser li ‘dduq’ il-“ħalib safi tal-kelma” u kif nistgħu ngħinu l-istudenti u t-tfal tagħna biex jagħmlu dan. Spjega l-prinċipju f’Marku 4:28. (Ara It-Torri tal-Għassa tal-15 taʼ Diċembru 2014, p. 12, para. 6-8.) Intervista pubblikatur tal-esperjenza jew ġenitur li jistaʼ jispjega kif hu jew hi għenet student tal-Bibbja jew kif għenet tifel jew tifla tagħmel progress spiritwali.—Efes. 4:13-15; ara l-Kaxxa għall-mistoqsija tal-Ministeru tas-Saltna taʼ Mejju 2014.
10 min: “Aqsam ‘affarijiet tajbin’ m’oħrajn billi tkun ospitabbli (Mt. 12:35a).” Diskussjoni. X’benefiċċji jew esperjenzi kellhom xi wħud talli wrew ospitalità? Stieden l-aħwa biex jikkummentaw dwar kif nistgħu nkunu ospitabbli m’oħrajn, speċjalment maʼ dawk fis-servizz full-time. Semmi arranġament lokali biex tiġi provduta ikla għal kull min ikun mistieden minn kongregazzjoni oħra biex jagħti taħdita.
Għanja 124 u Talba