B’żelu nqanqlu lil xulxin għall-għemejjel tajbin
Ebrej 10:24 iħeġġiġna biex “nagħtu kas xulxin biex nitqanqlu għall-imħabba u l-għemejjel tajbin.” Nistgħu nqanqlu lil ħutna bl-eżempju tagħna u bl-espressjonijiet taʼ fidi tagħna. Aqsam l-esperjenzi sbieħ li jkollok m’oħrajn fil-kongregazzjoni. Ħallihom jaraw il-ferħ li tħoss meta taqdi lil Ġeħova. Fl-istess ħin, oqgħod attent li ma tqabbilx l-aħwa miegħek jew m’oħrajn b’mod li ġġegħelhom iħossuhom ħażin. (Gal. 6:4) Stinka biex tuża l-abbiltajiet tiegħek biex tqanqal lil oħrajn jagħmlu “l-għemejjel tajbin” sforz “l-imħabba” u mhux il-ħtija. (Ara l-ktieb Skola tal-Ministeru, p. 158, para. 4.) Jekk inqanqlu l-aħwa għall-imħabba, imbagħad l-għemejjel—bħall-għoti t’għajnuna materjali jew l-ippritkar—jiġu waħedhom.—2 Kor. 1:24.