“Dan il-kliem . . . irid ikun f’qalbek”
Il-ġenituri huma bħal ragħajja. Għandhom jieħdu ħsieb sew uliedhom, li faċilment jistgħu jitbiegħdu u jsiru vulnerabbli għall-attakk. (Prov. 27:23) Il-ġenituri kif jistgħu jagħmlu dan? Għandhom iqattgħu l-ħin kuljum biex jikkomunikaw maʼ wliedhom sabiex isiru jafu x’hemm f’moħħhom u f’qalbhom. (Prov. 20:5) Ukoll, il-ġenituri għandhom jibnu b’materjal li jkun jiflaħ għan-nar ħalli jsaħħu l-fidi taʼ wliedhom. (1 Kor. 3:10-15) Il-vidjow “Dan il-kliem . . . irid ikun f’qalbek” jiġbed l-attenzjoni lejn l-importanza taʼ qima bħala familja regulari. Arawh bħala familja, u mbagħad iddiskutu l-mistoqsijiet li ġejjin.
(1) X’ġiegħel lill-familja Borg biex ma tibqax daqstant iffokata spiritwalment? (2) Għaliex l-ewwel darba li Thomas ipprova jagħmel il-qima bħala familja ma rnexxietx? (3) Liema “riċetta” Skritturali tagħtik l-aħjar possibbiltà biex trabbi t-tfal b’suċċess? (Dt. 6:6, 7) (4) X’jistaʼ jgħin biex ikun hemm komunikazzjoni aħjar fil-familja? (5) Il-ġenituri liema tip taʼ sagrifiċċji għandhom jagħmlu għat-tfal? (6) Il-koppja Martin u Isabel, kif kienu t’influwenza tajba għall-familja taʼ Thomas? (Prov. 27:17) (7) Kap tal-familja x’għandu jagħmel bil-quddiem biex il-qima bħala familja tkun waħda taʼ suċċess? (8) Thomas x’beda jagħmel biex itejjeb l-affarijiet għal familtu? (9) Għala hu importanti li l-qima bħala familja tkun konsistenti? (Efes. 6:4) (10) Liema huma xi ideat prattiċi għall-qima bħala familja? (11) Thomas kif kien kalm imma sod meta kien qed jgħin lil Marcus biex japprezza l-importanza taʼ li jagħmel dak li hu sew? (Ġer. 17:9) (12) Il-koppja Thomas u Monica kif irraġunaw maʼ Rebecca biex jgħinuha tieħu d-deċiżjoni t-tajba dwar ir-relazzjoni li kellha maʼ Justin? (Mk. 12:30; 2 Tim. 2:22) (13) Il-koppja Thomas u Monica kif urew fidi meta għamlu aġġustamenti f’ħajjithom? (Mt. 6:33) (14) Il-vidjow kif jenfasizza li l-kapijiet tal-familja għandhom bżonn jipprovdu b’mod spiritwali għall-familji tagħhom? (1 Tim. 5:8) (15) X’inhi d-determinazzjoni tiegħek bħala kap tal-familja?
NOTA GĦALL-KAPIJIET TAL-FAMILJA: Din id-drama saret fil-konvenzjoni tal-2011. F’dak iż-żmien, indunajt fejn tistaʼ ttejjeb fil-qima bħala familja tiegħek? Xi ngħidu għal issa? Jekk għad hemm fejn tistaʼ tagħmel aġġustamenti, jekk jogħġbok itlob biex tagħmel it-tibdil meħtieġ għal benefiċċju dejjiemi tal-familja tiegħek.—Efes. 5:15-17.