LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 9/15 p. 3
  • Għallem bil-browxer Aħbar Tajba

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Għallem bil-browxer Aħbar Tajba
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2015
  • Materjal Simili
  • Kif Tuża Aħbar Tajba Mingħand Alla!
    Il-Ministeru tas-Saltna—2013
  • Kif tikkonduċi studju permezz tal-browxer Aħbar Tajba
    Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2016
  • Nibdew Studji bil-Browxer X’Jirrikjedi
    Il-Ministeru tas-Saltna—1999
  • Strieħ Fuq Jehovah Biex Ikabbar
    Il-Ministeru tas-Saltna—1997
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2015
km 9/15 p. 3

Għallem bil-​browxer Aħbar Tajba

1. Il-​browxer Aħbar Tajba kif ġie ddisinjat?

1 Bħalma ġie diskuss fil-​ħarġa taʼ Lulju tal-​Ministeru tas-​Saltna, għodda importanti fil-​kaxxa tal-​għodda tagħna hu l-​browxer Aħbar Tajba Mingħand Alla! Hemm xi skritturi li mhumiex kwotati. Dan sar ħalli l-​inkwilini jkunu jistgħu jieħdu pjaċir jitgħallmu direttament mill-​Bibbja nfisha. Għalkemm ħafna mill-​pubblikazzjonijiet tagħna għall-​istudju huma miktubin b’tali mod li l-​qarrej jistaʼ jitgħallem waħdu, dan il-​browxer ġie ddisinjat b’tali mod biex ikun hemm diskussjoni maʼ għalliem. Għaldaqstant, meta noffruh, għandna nipprovaw nuru kif isir l-​istudju ħalli l-​inkwilin ikun jistaʼ jara kemm ikun eċċitanti li jitgħallem l-​aħbar tajba mill-​Bibbja.—Mt. 13:44.

2. Kif nistgħu nużaw il-​browxer Aħbar Tajba fl-​ewwel żjara?

2 Fl-​ewwel żjara: Forsi tistaʼ tgħid: “Qed inżur in-​nies għax huma kkonċernati dwar il-​futur tal-​bniedem. Taħseb li xi darba l-​kundizzjonijiet se jmorru għall-​aħjar? [Agħti ċans għal tweġiba.] Il-​Bibbja fiha aħbar tajba li tistaʼ ttina tama. Hawnhekk se ssib xi mistoqsijiet li l-​Bibbja twieġeb.” Agħti l-​browxer lill-​inkwilin, u stiednu jagħżel mistoqsija mill-​qoxra taʼ wara. Imbagħad uri kif isir l-​istudju permezz tal-​ewwel paragrafu tal-​lezzjoni. Għażla oħra hi li ssaqsi l-​inkwilin mistoqsija li tqajjem interess ibbażata fuq lezzjoni li tagħżel int, u mbagħad uri kif il-​browxer jistaʼ jgħinu jsib it-​tweġiba tal-​Bibbja. Jekk dik il-​lezzjoni għandha vidjow li jaqbel għal magħha fuq il-​jw.org, xi pubblikaturi juru dan il-​vidjow matul il-​preżentazzjoni tagħhom.

3. Spjega kif tistaʼ tikkonduċi studju billi tuża l-​browxer Aħbar Tajba.

3 Kif tikkonduċi studju: (1) Aqra l-​mistoqsija printjata b’tipa grassa biex tgħin lill-​inkwilin jiffoka fuq il-​punt prinċipali. (2) Aqra l-​paragrafu li jkun imiss. (3) Aqra l-​iskritturi li qegħdin fil-​korsiv, u uża mistoqsijiet bit-​tattika biex tgħin lill-​inkwilin jifhem kif l-​iskritturi jwieġbu l-​mistoqsija. (4) Jekk ikun hemm paragrafu ieħor taħt il-​mistoqsija, irripeti t-​tieni u t-​tielet pass. Jekk hemm vidjow li jaqbel mal-​mistoqsija u għadek ma wrejtux lill-​inkwilin, agħmel dan f’xi ħin waqt id-​diskussjoni. (5) Fl-​aħħar, itlob lill-​inkwilin biex iwieġeb il-​mistoqsija b’tipa grassa ħalli tagħmel ċert li l-​inkwilin ikun fehem.

4. X’se jgħinna nużaw din l-​għodda prezzjuża bis-​sengħa?

4 Sir familjari maʼ din l-​għodda prezzjuża. Użaha f’kull okkażjoni addattata. Qabel kull studju, aħseb dwar l-​istudent u l-​aħjar mod kif tistaʼ tirraġuna miegħu, billi tuża l-​iskritturi tal-​lezzjoni. (Prov. 15:28; Atti 17:2, 3) Hekk kif tikseb l-​esperjenza u ssir tas-​sengħa, jistaʼ jkun li tibda tqis dan il-​browxer bħala wieħed mill-​għodod favoriti tiegħek biex tużah ħalli tgħallem lin-​nies il-​verità!

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja