TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA | ĠOB 11-15
Ġob kellu fiduċja fl-irxoxt
Ġob esprima l-fiduċja tiegħu fl-abbiltà t’Alla li jirxoxtah
Ġob uża siġra—forsi siġra taż-żebbuġ— biex juri l-fiduċja tiegħu fl-abbiltà t’Alla li jirxoxtah
L-għeruq tas-siġra taż-żebbuġ jinżlu ’l isfel fil-fond tal-ħamrija, u s-siġra tistaʼ terġaʼ tikber anki jekk iz-zokk jitqaċċat. Dment li l-għeruq ikunu għadhom ħajjin, is-siġra terġaʼ tarmi
Meta tagħmel ix-xita wara żmien taʼ nixfa, iz-zokk niexef tas-siġra taż-żebbuġ jistaʼ jerġaʼ jieħu l-ħajja u jipproduċi “fergħa bħal xitla ġdida”