Koppja jistudjaw flimkien minn fuq it-tablet tagħhom
Eżempji taʼ preżentazzjonijiet
IT-TORRI TAL-GĦASSA
Mistoqsija: Taħseb li hu possibbli li dan il-kliem jitwettaq?
Skrittura: Ri 21:3, 4
Offerta: Din il-ħarġa tat-Torri tal-Għassa tiddiskuti kif Alla se jwettaq din il-wegħda u x’tistaʼ tfisser għalik.
IT-TORRI TAL-GĦASSA (l-aħħar paġna)
Mistoqsija: Jekk jogħġbok innota din il-mistoqsija. [Uri l-ewwel mistoqsija u x’jistgħu jkunu t-tweġibiet li jidhru fl-artiklu f’paġna 16.] Int x’taħseb?
Skrittura: Sa 83:18
Offerta: Dan l-artiklu jiddiskuti iktar x’tgħid il-Bibbja dwar l-isem t’Alla.
IL-BIBBJA X’TGĦALLEM?
Mistoqsija: Xi nies jaħsbu li Alla jikkontrolla d-dinja. Imma kont taf li l-Bibbja ma tgħallimx verament hekk?
Skrittura: 1Ġw 5:19
Offerta: Dan il-ktieb jagħti spjegazzjoni ċara taʼ x’tgħallem il-Bibbja verament fuq dan is-suġġett u fuq ħafna oħrajn.
AGĦMEL IL-PREŻENTAZZJONI TIEGĦEK STESS
Uża l-istil tal-eżempji taʼ qabel biex tagħmel il-preżentazzjoni tiegħek tas-servizz tal-għalqa.