Oħt tipprietka lil omm u bint fl-istat taʼ Bengal tal-Punent fl-Indja
Eżempji taʼ preżentazzjonijiet
IT-TORRI TAL-GĦASSA
Mistoqsija: Ilkoll neħtieġu l-faraġ minn żmien għal żmien. Imma fejn nistgħu nsibuh?
Skrittura: 2Ko 1:3, 4
Offerta: Din il-ħarġa tat-Torri tal-Għassa tikkunsidra kif Alla jipprovdi l-faraġ.
IT-TORRI TAL-GĦASSA (il-paġna taʼ wara)
Mistoqsija: Xi wħud jaħsbu li s-Saltna t’Alla hi xi ħaġa f’qalb il-bniedem; oħrajn jaħsbu li hi xi ħaġa li ġejja mill-isforzi tal-bniedem biex ikun hawn paċi dinjija. Int x’taħseb?
Skrittura: Da 2:44
Offerta: Skont il-Bibbja, is-Saltna t’Alla hi gvern reali. Dan l-artiklu jiddiskuti iktar x’tgħid il-Bibbja dwar is-Saltna t’Alla.
GĦALLEM IL-VERITÀ
Mistoqsija: Kif nistgħu nkunu nafu li Alla jimpurtah minna?
Skrittura: 1Pt 5:7
Verità: Alla jistidinna mmorru għandu bit-talb għax jimpurtah minna.
AGĦMEL IL-PREŻENTAZZJONI TIEGĦEK STESS
Uża l-istil tal-eżempji taʼ qabel biex tagħmel il-preżentazzjoni tiegħek tas-servizz tal-għalqa.