TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA | SALM 34-37
Afda f’Ġeħova u agħmel it-tajjeb
“Tgħirx għal dawk li jagħmlu l-inġustizzja”
Tħallix is-suċċess temporanju tan-nies ħżiena jaljenak milli taqdi lil Ġeħova. Ibqaʼ ffokat fuq il-barkiet u l-miri spiritwali
“Afda f’Ġeħova u agħmel it-tajjeb”
Kun ċert li Ġeħova se jappoġġjak fi kwalunkwe dubju jew ansjetà li jistaʼ jkollok. Se jgħinek tibqaʼ leali
Żomm ruħek okkupat billi taqsam l-aħbar tajba tas-Saltna t’Alla
“Tgħaxxaq b’Ġeħova bil-kbir”
Warrab ħin fl-iskeda tiegħek biex taqra l-Kelma t’Alla u timmedita fuqha bil-mira li ssir taf lil Ġeħova aħjar
“Erħi triqtek f’idejn Ġeħova”
Għandu jkollok fiduċja sħiħa li Ġeħova se jgħinek tkampa maʼ kull problema
Żomm kondotta tajba minkejja li tiġi rappreżentat ħażin, tiffaċċja oppożizzjoni, jew persekuzzjoni
“Ibqaʼ sieket quddiem Ġeħova u stennieh bil-ħerqa”
Evita li tagħmel xi ħaġa bla ħsieb li tistaʼ tisraqlek il-ferħ u s-sigurtà spiritwali
“Il-ġwejdin se jirtu l-art”
Kun ġwejjed, u b’umiltà stenna lil Ġeħova biex ineħħi l-inġustizzja kollha li tesperjenza
Appoġġja lil sħabek fit-twemmin, u farraġ lid-dipressi bil-wegħda t’Alla taʼ dinja ġdida, li hi fil-qrib
Is-Saltna t’Alla mmexxija minn Kristu se ġġib barkiet bla għadd