Jagħtu xhieda bl-interkom fi Vjenna, l-Awstrija
Eżempji taʼ preżentazzjonijiet
STENBAĦ!
Mistoqsija: Taħseb li n-nies jaqblilhom jekk ibiddlu drawwiet ħżiena maʼ drawwiet tajbin?
Skrittura: Ek 7:8a
Offerta: Dawn l-artikli jiddiskutu prinċipji tal-Bibbja li juru kif in-nies jistgħu jikkontrollaw id-drawwiet li għandhom għall- benefiċċju tagħhom.
STENBAĦ!
Mistoqsija: Ċertu bidliet fil-ħajja ma tistax tevitahom. X’taħseb li hu l-aħjar mod kif tkampa magħhom?
Skrittura: Ek 7:10
Offerta: [Uri l-artiklu li jibda f’paġna 10.] Dan l-artiklu jikkunsidra prinċipji tal-Bibbja li jistgħu jgħinuna nkampaw mal-bidliet.
ISMA’ MINN ALLA U TGĦIX GĦAL DEJJEM
Mistoqsija: Ilkoll kemm aħna, inkluż il-membri tal-familja u l-ħbieb tagħna għandhom isem. Xi ngħidu għal Alla? X’jismu?
Skrittura: Sa 83:18
Offerta: Dan il-browxer jispjega ħafna affarijiet oħra li l-Bibbja tgħallimna dwar Alla. [Enfasizza paġni 6 u 7.]
AGĦMEL IL-PREŻENTAZZJONI TIEGĦEK STESS
Uża l-istil tal-eżempji taʼ qabel biex tagħmel il-preżentazzjoni tiegħek tas-servizz tal-għalqa.